Lokali

Rabja kbira minn nies fl-industrija għall-aħbar li issa l-avvenimenti tal-massa jistgħu jsiru

“Minflok użajna din is-sena sabiex niġġeneraw aktar flus u tingħata spinta lis-settur lokali, ingħatat daqqa ‘l isfel għas-settur tal-ispettaklu u l-avvenimenti lokali”. Kien dan id-diskors ta’ Howard Keith Debono, wieħed mill-esponenti ewlenin tal-attivitajiet tal-massa f’Malta u membru attiv fl-MEIA – il-Malta Entertainment Industry and Arts Association.

Huwa saħaq li issa li ħafna mill-attivitajiet tal-massa li jsiru fis-sajf b’mod annwali f’pajjiżna ġew ikkanċellati – l-aħbar li ta l-Prim Ministru Robert Abela li l-attivitajiet tal-massa ser ikunu jistgħu jsiru ser ittellef għexieren ta’ flus lil numru ta’ kumpaniji f’dan il-qasam.

Dan wara li l-Ħadd filgħodu, fuq il-midja Laburista, Abela spjega li fis-sigħat li ġejjin pajjiżna ser ikun qed joħroġ minn stat ta’ emerġenza medika u jfisser li l-miżura restrittiva li f’post pubbliku jistgħu jinġabru sa 75 persuna ser tkun qed taqa’.

https://www.facebook.com/howard.debono/posts/10158235405729043?xts%5B0%5D=68.ARBNCEKsKI8o-udFUsm0aaigNhTSXb3RHMLjQBOi3XH2h9RtPYOkBcSkCw8gf6_Yff9AMUqT4dEePvECR5qoi2lTfDALOr11-ac5T5EBbAadrDGWXt1ZGIrTo2pE_ekDbImm72yen_l18UiqcIb1gCL5yaVGhGoAxvFt6qA_OZH2V23DKfb10nKGfAD0_EjCzg-7-1uwApintA&tn=-R

Howard Keith Debono sostna li għadaqstant min ser ikun qed jirnexxielu jieħu fondi u jiġi mgħejun mill-Gvern ser ikompli business as usual, filwaqt li oħrajn fis-settur privat ser jieħdu daqqa ekonomika kbira wara li kellhom jikkanċellaw l-avvenimenti tagħhom.

Bosta saħqu li konsegwenza ta’ dan kollu, din il-mossa ser tkun qed tjassar aktar l-arti u l-kultura f’pajjiżna l-għaliex fi kliemhom l-ewwel jingħad mod u wara jsir mod ieħor għad-detriment tal-kumpaniji lokali.

Oħrajn staqsew jekk hux ser ikunu jistgħu jorganizzaw it-tieġ tagħhom b’mod normali – b’uħud jinsabu konfużi għalfejn ġew mġiegħla jipposponu d-data taż-żwieġ tagħhom li tant kienu ilhom jistennew. Dan filwaqt li inevitabbilment feġġet il-mistoqsija jekk issa il-festi esterni tal-irħula humiex ser jitħallew isiru jew le.