Sport Sport Ieħor

Rebbieħa Olimpiċi fi programm speċjali minn Gaeta

SPORT EXTRA jibqa’ l-programm ewlieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-multi-sport. CHARLES CAMENZULI kien preżenti għall-Yacht Med Festival f’ Gaeta, Italja fejn flimkien mal-crew ta’ TGR bil-kollaborazzjoni ta’ Gianfranco Coppola, ħejja programm speċjali li jiġbor fiħ bosta protagonisti ta’ fama mondjali u rebbieħa Olimpici.

Fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ GIANCARLO CAGIANO li fid-dinja tal-P1 huwa wieħed mill-protagonisti ewlenin, rebbieħ ta’ bosta titli mondjali tal-motonawtika. In-numru 1 fl-inżul taħt il-baħar f’fond ta’ 120 metru bin-nifs, MARIA FELICIA CARRATURU ġiet intervistata fil-programm b’siltiet ta’ dak li kisbet fl-Egittu. It-tielet intervistà fl-ewwel parti hija mal-President tal-Federazzjoni Taljana tal-Beach soccer u membru tal-Ezekuttiv tal-FIFA – NANDO ARCOPINTO li jibqa’ sinonimu mal-iżvilupp tal-beach soccer fid-dinja.

L-ewwel intervistà fit-tieni parti tal-programm hija mal-President Nastro Azzurro – Latina STEFANO MILLOZZA b’tagħrif dwar dak li kien seħħ fl-1915 fil-partita Italja – Awstrija. Il-qofol tal-programm huma tlett intervisti ma’ daqstant rebbieha Olimpici – il-boxer PATRIZIO OLIVA –rebbieħ tal-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Moska fl-1980, DIEGO OCHIUZZI, medalja tal-fidda fil-fencing fl-2012 f’ Londra u l-għawwiem MASSIMILIANO ROSOLINO, rebbieh ta’ tlett medalji Olimpici f’Sydney.

B’muntaġġ ta’ Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ernesto Ascione u Luca Cuomo b’kollaborazzjoni ta’ Gianfranco Coppola – SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli .