Lokali

Robert Abela mhux lest jieħu azzjoni fuq Chris Cardona

Ir-residenti għandhom jikkonslaw bil-vouchers

Hu ċar li l-Prim Ministru mhuwiex kapaċi jieħu azzjoni fuq id-Deputy Leader tal-Partit Laburista, Chris Cardona. Dan wara li l-Ħadd filgħodu, fuq il-midja Laburista, Robert Abela ma kienx kapaci jwiegeb domandi tal-ġurnalista ta’ Net News Christine Amaira…kif ukoll tal-ġurnalist Kurt Sansone…dwar jekk hux lest jieħu passi fuq Chris Cardona fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru fil-Qorti b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Chris Cardona issemma’ fir-recordings ta’ Melvin Theuma, bhalma issemma l-eks Kummissarju Lawrence Cutajar. Iżda filwaqt li lil Cutajar issospendewh mill-konsulenza li kellu, ma’ Cardona ma mxewx l-istess.

Robert Abela qal li fil-miżuri li tħabbru nhar it-Tnejn l-eks Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona ma kien avviċinat għall-ebda parir, iżda ammetta li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kellu sehem fit-tfassil ta’ l-hekk msejjaħ ‘bazooka budget’. 

Inatnt, il-Prim Ministru Robert Abela ammetta li l-kontijiet tad-dawl għan-negozji mhux ser ikunu qed jitraħsu kollha b’50% ….iżda l-Gvern ser joħroġ massimu ta’ €1,500 ghas-Sajf biss. U meta mistoqsi sabiex jagħti raġuni għalfejn ma raħħasx l-elettriku għar-residenti, il-Prim Ministru sostna li kkumpensahom bil-vouchers tal-€100.

Il-miżura tal-vouchers kienet waħda msejsa fuq proposta tal-Partit Nazzjonalista …madanakollu l-għan tal-proposta kien sabiex jiġu mgħejuna n-negozji Għawdxin u Maltin halli tigi stimulata l-ekonomija.

It-tliet gurnalisti li ġew mistiedna mit-tmexxija tal-Partit Laburista ġew ristretti sabiex jistaqsu BISS dwar il-miżuri li tħabbru nhar it-Tnejn. U ghalhekk, il-gurnalisti ma tħallewx fil-libertà sabiex ipoġġu domandi għall-Prim Ministru fuq temi kurrenti u skandli li qed jaffaċja l-Gvern tiegħu.

Dan il-format tal-intervista tal-Ħadd intuza mill-Partit Laburista wara li l-Kap tal-PN Adrian Delia ilu kwazi xahrejn iwieġeb domandi tal-media indipendenti. U allura, kien hemm pressjoni interna biex ankè Robert Abela jagħmel l-istess. Il-Prim Ministru minn naħa tiegħu għadu qed jirreżisti li jiġi fuq Net TV għal dibattitu mal-Kap tal-PN. Sa issa, għad ma kien hemm ebda dibattitu televiżiv bejn iż-żewġ mexxejja.