Basketball Sport

Testijiet tal-Covid-19 kuljum għall-plejers u membri tal-istaff tat-timijiet tal-NBA

(Ritratt: EPA)

It-timijiet tal-NBA se jkollhom testijiet kuljum minħabba l-coronavirus mit-23 ta’ Ġunju. It-tmexxija tal-NBA bagħtet avviż lit-timijiet biex tinfurmahom li l-plejers u persuni oħra essenzjali fit-tim, se jkollhom test tal-Covid-19.

Il-pjanijiet tal-NBA huma li l-logħob ikompli fit-30 ta’ Lulju, bi 22 tim għandhom iċ-ċans li jagħmluha għall-play-offs f’Walt Disney World qrib Orlando, Florida. L-istaġun ilu wieqaf mill-11 ta’ Marzu.

Wara t-23 ta’ Ġunju, il-plejers u staff se jkollhom it-test sa jumejn qabel jitilqu lejn Florida, b’kamp ta’ taħriġ li jibda fid-9 ta’ Lulju. Rapporti fl-Istati Uniti qed jgħidu li l-NBA se tipprovdi wkoll testijiet b’xejn għall-pubbliku fil-21 belt parteċipant fil-kampjonat.