Sport Sport Ieħor

Thiem jirbaħ il-finali tal-Adria Tour f’Belgrad

(Ritratt: EPA)

Dominic Thiem rebaħ il-finali fl-ewwel ġimgħa tal-Adria Tour wara li għeleb lil Filip Krajinovic 4-3, 2-4, 4-2. Thiem rebaħ l-ewwel set b’tie-break iżda Krajinovic kiser is-service ta’ Thiem fit-tieni set. Is-Serb ħa time-out mediku f’nofs it-tieni set għal trattament minħabba spalltu l-leminija, għalkemm ma tantx ħalliet effett minħabba li rebaħ it-tieni set. In-numru tlieta tad-dinja rebaħ meta kellu s-service.

Krajinovic lagħab il-finali wara persentaġġ ta’ logħbiet mirbuħa aktar minn Novak Djokovic, li hu l-fundatur ta’ dan it-tournament. Din il-ġimgħa kienet l-ewwel waħda tal-Adria Tour, bil-logħob qed isiru fiċ-ċentru tat-tennis f’Belgrad li għandu l-isem ta’ Djokovic. Illum, is-Serb għeleb lil Alexander Zverev 4-0, 1-4, 4-2. Krajinovic li għeleb lil Djokovic is-Sibt, lagħab il-finali wara t-tieni rebħa f’24 siegħa. Hu għeleb lil Viktor Troicki 4-0, 4-3.