Lokali

Żagħżugħ arrestat wara sejba droga fil-Birgu

Ritratt: Mill-Arkivji

Il-Ħadd waranofsinhar żagħżugħ ta’ 23 mill-Birgu ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ qratas suspettati bil-kokaina u eroina lesta sabiex tiġi traffikata.

Is-sejba seħħet wara li l-Pulizija segwiet vettura li kienet qiegħda tinstaq miż-żagħżugħ sakemm ġie mwaqqaf fi Triq San Lawrenz, fil-Birgu. Hawnhekk instabet is-suspettata droga wara tfittxija fil-vettura.

Iż-żagħżugħ ittieħed minnufih il-lock-up tal-Furjana għal aktar stħarriġ.