Lokali

6 immigranti li ħarbu mill-barracks ta’ Ħal Far għadhom ma nstabux

Numru ta’ persuni għamlu kuntatt magħna li bejn ilbieraħ u llum ħarbu 11-il immigrant miċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Far.

Sorsi tagħna qrib iċ-Ċentru qalulna li 5 immigranti nstabu diġà, filwaqt li l-kumplament għadhom ma nstabux.

Skont l-istess informazzjoni li għandu Net News, il-Ħadd ħarbu disa’ immigranti meta kienu se jiġu invistati minn tabib fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni, filwaqt li llum ħarbu żewġ immigranti minn dan iċ-ċentru wara li huma wkoll kienu se jkun invistati minn tabib.

Sa issa dwar din il-ħarba l-Ministeru tal-Intern għadu ma ħareġ l-ebda stqarrija uffiċjali biex jinfurmana dwar din l-aħbar.