Futbol Sport

Aidan Friggieri se jibqa’ ma’ Gudja United

(Ritratt: Joe Borg)

Aidan Friggieri ħabbar li jkun qed jibqa’ ma’ Gudja United wara li ġedded il-kuntratt tiegħu. Friggieri ngħaqad ma’ Gudja s-sajf li għadda u għen lit-tim biex iżomm postu fl-ewwel esperjenza tal-klabb fil-Kampjonat Premier.

Fl-istaġun li ntemm kmieni minħabba l-coronavirus, Friggieri skorja darbtejn fi 17-il logħba li lagħab. Fil-karriera tiegħu, il-plejer offensiv ta’ 22 sena lagħab ukoll ma’ Sliema Wanderers u St. Andrews u ilu jilgħab fl-ogħla diviżjoni għal dawn l-aħħar sitt staġuni.