Futbol Sport

Aktar minn 400 plejer madwar id-dinja applikaw għal għajnuna finanzjarja mingħand il-FIFA

(Ritratt: EPA)

Aktar minn 400 plejer, ħafna minnhom li jilagħbu fl-Ewropa, applikaw għal assistenza finanzjarja taħt l-iskema li nħolqot mill-FIFA. B’kollox kien hemm 441 applikazzjoni, għall-iskema Fund for Football Players (FFP). Total ta’ 89% tal-applikazzjonijiet minħabba salarji mhux imħallsa ġejjin minn plejers fl-Ewropa. Il-plejers jistgħu japplikaw sal-aħħar ta’ Ġunju permezz tal-FIFPro, l-assoċjazzjoni dinjija tal-plejers tal-futbol.

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino alloka kważi €14-il miljun għal dawk il-plejers li mhux se jitħallsu bejn l-2020 u l-2022. Ftit aktar minn €4 miljuni oħra huma allokati għal dawk il-plejers li ma tħallsux bejn l-2015 u l-2020. Skont il-FIFA, dan il-fond mhux se jkun qed ikopri s-salarju dovut lill-plejers iżda tal-anqas se jipprovdi sigurtà finanzjarja.