Lokali Parlament

Ieqaf u rrikonsidra l-iżvilupp massiċċ li jtellef l-identità tas-Siġġiewi

Clyde Puli, PN

“Ieqaf u rrikonsidra dak li qed tagħmel.  Għadek fil-ħin. Tkissirx l-identità tas-Siġġiewi u toħloqx inkonvenjent lis-Siġġiwien biex issolvi problema oħra mingħajr ippjanar”.

Dan kien l-appell tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli lill-Ministru Galdes dwar l-iżvilupp ta’ tlett tmiem art u madwar 200 appartament ikkonċentrati fis-Siġġiewi.  


Fil-parlament Clyde Puli qal li l-problema ta’ waiting list ta’ 3,000 applikazzjoni għall-post tal-housing inħolqot għaliex il-Partit ilu 7 snin fil-gvern u għadu ma beniex post wieħed tal-housing socjali. Huwa żied li issa ma jistax jitfa l-piż kollu ta’ din l-inazzjoni fuq is-Siġġiwin. Għaliex 200 appartament ta’ akkomodazzjoni mibnija f’salt f’lokalità waħda se joħolqu problemi sostanzjali għal-lokalità u għall-komunità.

Huwa qal li dan il-proġett massiv se jtellef l-identità tar-raħal u r-residenti li kellmuh huma mħassba dwar il-problemi ta’ parkeġġ li lanqas jakkomoda l-kwart tar-residenti.

Hemm ukoll il-problema tal-iskart u n-nuqqas ta’ spazji miftuħa.Clyde Puli sellem lill-eks Sindku Alessia Psaila Zammit li opponiet dan l-izvilupp fl-2017 fl-interess tar-residenti.

Fl-istess waqt appella lill-Kunislliera Laburisti biex bħall-kunsilliera Nazzjonalisti jħarsu l-interess tal-lokal u tas-Siġġiwin u mhux tal-partit tagħhom Clyde Puli qal li politika soċjali moderna m’għadiex tħares lejn proġetti kbar ta’ housing iżda lejn ħafna proġetti żgħar li jgħinu fl-integrazzjoni u jagħmlu l-housing soċjali u l-isfidi li jġib miegħu inviżibbli għall-kumpalment tal-komunità.

Dan jelimina l-labelling ta’ dawk bi sfidi soċjali. Huwa stieden lill-gvern biex filwaqt li jsolvi l-problemi ta dawk fil-bzonn ma jnaqqarx il-well-being tal-kumplament tal-komunita Siggiwija.  Lis-Siġġiwin gvern Nazzjonalista tahom skola state of the art, bi swimming pool u faċilitajiet sportivi, ground tal-football full size, gym fuq barra għall-użu tal-pubbliku,  child care center u ċentru ċiviku u ċentru ghall-anazjani li  l-Partit Laburista ħadu mill-poplu biex jagħmlu tiegħu, sostna Clyde Puli.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern qed joħloq din is-sitwazzjoni fis-Siġġiewi hu stess u b’arroganza qed jinjora sejħiet ġenwini għal rikonsiderazzjoni studjata tal-applikazzjoni. Hu appella lill-gvern biex jisma’ s-sejħiet ġenwini għal rikonsiderazzjoni u jagħmel proġett ta’ djar ta’ kwalità waqt li l-komunità tas-Siġġiewi titħalla tgħix fl-istil ta’ ħajja li hi imdorrija biha.