Lokali Saħħa

Chris Fearne jagħti parir kontra l-festi u t-tiġijiet

Jitkellem ċar kontra l-avvenimenti tal-massa

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne hu tal-parir li għalissa t-tiġijiet u l-festi ma jsirux, u dan minkejja li l-Prim Ministru ħabbar it-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha b’rabta mal-COVID-19.

Waqt konferenza li saret dalgħodu f’Ħal Qormi, id-Deputat Prim Ministru saħaq li r-rakkomandazzjoni tad-distanza soċjali se tibqa’ fis-seħħ.

B’kuntrast, ilbieraħ fuq One TV, il-Prim Ministru ta x’jifhem li avvenimenti tal-massa jistgħu jsiru.

Dan kollu qed jikkawża frustrazzjoni, partikolarment fost organizzaturi, mużiċisti, artisti u nies involuti fis-settur tad-divertiment.

Ikkummenta