Lokali Parlament

F’Għawdex qed tikber il-probelma tal-akkomodazzjoni soċjali

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li f’Għawdex qed tibda’ tinħass il-problema ta’ akkomodazzjoni soċjali. Hu sostna li fl-aħħar seba’ snin il-gvern kabbar il-problema minħabba l-imprtoazzjoni ta’ ħaddiema barranin. Id-deputat Nazzjonalista kompla li Għawdex m’għandux jispiċċa f’irħula bla popolazzjoni minħabba li ż-żgħażagħ qed jitilqu. Għalhekk il-koppji żgħażagħ għandhom ikunu inċentivati; l-obbligu tal-gvern hu li joħloq l-opportunitajiet ta’ xogħol li jrendi.

Dawk li ma jaħdmux Għawdex għandhom jingħataw il-konnettività; gvern Laburista ma wettaqx waħda mill-wiegħdi li għamel fil-konnettività. L-Għawdxin iridu jħossuhom komdi jgħixu f’Għawdex.

Kevin Cutajar tkellem dwar l-importazzjoni massiċċa tal-barranin u qal li ma’ din il-problema kibret ukoll il-problema ta’ familji bi problemi soċjali f’Malta li spiċċaw jgħixu f’Għawdex minħabba li l-akkomodazzjoni soċjali hi irħas f’Gaħwdex.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex isir studju dwar dawn il-bidliet soċjali li se jwassal għal bidliet soċjali kbar fl-gżira Għawdxija.