Chris Cardona mhux ‘il fuq mil-liġi.
Dikjarazzjoni ċara mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne meta kien mistoqsi jekk iħossux komdu li Chris Cardona jibqa’ Deputy Leader tal-Partit Laburista.
Dan fid-dawl tal-fatt li ismu feġġ diversi drabi waqt ix-xhieda tal-kumpilazzjoni tal-evidenza marbuta mal-każ tal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia – allegazzjonijiet li qed jitqiesu bħala xokkanti, b’Cardona jiċħadhom kategorikament u jghid li qed isir frame-up fuqu.
F’kummenti li ta lill-Malta Independent, Chris Cardona għamilha ċara li mhux ser jirreżenja minn Deputy Leader tal-Partit Laburista.
Dan ftit tas-sigħat biss wara li l-Prim Ministru Robert Abela naqas milli jwieġeb jekk hux ser ikun qed jieħu d-deċiżjoni huwa stess li jkeċċih….ġaladarba Cardona qed jirrifjuta li jirreżenja. Abela qal biss li huwa konvint li Chris Cardona ser ikun qed jieħu l-aħjar deċiżjoni li hemm bżonn tittieħed…fl-interess tal-Partit Laburista.
Jidher li l-kejl tal-Gvern huwa differenti minn persuna għall-oħra… għaliex meta fir-recordings issemma l-isem tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, dan ġie sospiż minn konsulent tal-Gvern b’mod immedjat.
//= $special ?>