Lokali Parlament

Il-gvern għadu fil-ħin li jbiddel il-pjanti għal djar soċjali fis-Siġġiewi

Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus appella lill-gvern biex ibiddel il-pjanti għal djar soċjali fis-Siġġiewi biex dawn il-blokki li jinbnew bi kwalità.

Fil-parlament Ryan Callus tkellem dwar il-mod kif se jinbnew id-djar fis-Siġġiewi u qal li minkejja li l-gvern jiftaħar li l-ekominja sejra, irr-ealtà hi li hawn problemi kbar fl-akkomodazjzoni soċjali. Hu qal li hu favur il-bini tad-djar iżda dan irid isir bi pjan. Din hi responsabbiltà soċjali u kull lokalità għandu jintegra. Il-gvern ma ħax l-azzjonijiet meħtieġa fid-djar u s-soluzzjoni kienet li jżid id-densità kemm jiflaħ.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fil-proġett fejn il-gound tal-football fis-Siġġiewi m’hemmx spazji fil-binja ppjanat fejn se jgħixu 200 familji f’iktar minn 3,000 metru kwadru. Dan mhux il-kwalità ta’ ħajja li jisħoqqilhom in-nies.

Hu tkellem dwar id-disinn tal-faċċati u qal li din il-binja qisha binja ta stil Kommunist. F’din il-binja hux se jkun hemm lanqas post fejn jitpoġġa l-iskart. Fi Triq it-Tank se jinbnew 35 apaprtament u 16-il garaxx meta din hi triq li tagħalq, sostna Ryan Callus, li appella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tiftaħ għajnejn il-gvern fuq din il-binja fis-Siġġiewi.