Lokali Parlament

Il-gvern ma jafx ir-realtà tal-faqar u d-djar soċjali fil-pajjiż

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-gvern ma jafx ir-realtà tal-faqar u d-djar soċjali fil-pajjiż.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-ex Prim Ministru Joseph Muscat kien allega li fi 15-il sena ta’ gvern Nazzjonalista fil-housing ma sar xejn. Aktar minn hekk, il-Prim Ministru Robert Abela qal li f’40 sena ta’ Gvern Nazzjonalista ma sar xejn.

Il-verità hi li jew l-esponenti tal-PL ma jafux l-istorja inkella qed jiżvijjaw għaliex il-PN kien il-pijunier tal-akkomodazzjoni soċjali tant li bejn l-1962 u l-1971 gvern Nazzjonalista bena ,000 unit li sa dak iż-żmien l-akbar programm ta’ djar li qatt inbnew.

Kien hemm diversi skemi bħall-home owenership scheme li kienet estiża għal djar ta’ livell inferjuri. Dan sar qabel il-housing ta’ Mintoff. Il-PN kien innovattvi fil-mod kif għin lin-nies biex isiru sidien ta’ djarhom.

Il-problema tal-akkomodazzjoni soċjali qed isir simili għal dik tal-1987; illum il-PL hu maqtugħ mir-realtà tal-akkomodazzjoni soċjali. Mill-1971 u l-1987, il-gvern Laburista kien jagħmel inġustizzja fl-għoti tad-djar. Gvernijiet Nazzjonalisti huma magħrufa għall-mod ġust kif iqassmu d-djar.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-ħidma bejn l-1987 u l-1991 u qal li tfasslet il-politika ġdida u kienet saret bidla radikali. Qabel l-1987 kienet ħbiet il-verità waqt li gvern Nazzjonalista wettaq politika biex kulħadd isir sid ta’ daru. Din il-politika rnexxiet tant li kienu reġistrati 8,370 għal akkomodazzjoni alternattiva li minnhom 3,583 f’erba snin waqt li mill-iskemi kienu ibbenefikaw 4,400.

Sa qabel l-2013 kien ikun hemm 240 unit ġdid kull sena. Il-fatti huma li wara seba’ snin ta’ gvern Laburista ma nbena l-ebda appartament, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-ebda familja ma bbenefikat minn dawn il-units.

Gvern Nazzjonalista kien waqqa’ numru kbir ta’ djar mhux ta’ livell u flokhom bena appartamenti ta’ kwalità u f’erba’ snin inbnew 1,400 appartament. L-isbaħ dar kienet id-dar tal-onestà; gvern Nazzjonalista kien jimxi bil-ġustizzja soċjali waqt li gvern Laburista jimxi biss favur dawk li jivvutaw Labour.

Il-waiting list minn 3,000 issa ġiet 2,500, sostna Ivan Bartolo, li talab lill-gvern jispjega x’sar minnhom dawn il-500 applikazzjoni. Hu essenzjali li ma jinħeliex ħin għal soluzzonijiet immedjati, appella Ivan Bartolo, li kompla li għandha ssir ġustizzja ma dawk li għandhom bżonn.

Ivan Bartolo kompla lil-faqar hu konfermat mill-imjiet ta’ ikliet li jitqassmu minn organizzazzjonijiet volontarji. Il-gvern għandu juri ħniena, sostan Ivan Barolo, li tkellem dwar il-fondi Ewropej u qal li kieku kien għall-PL dawn il-fondi ma kienux jiġu.

Mingħajr fondi Ewropej, gvernijiet Nazzjonalista xorta bnew id-djar għan-nies. Il-lista ta’ persuni bla saqaf qed tiżdied. Madwar 90,000 persuna huma f’riskju ta’ faqar li wħud minnhom qed jistennew dar soċjali.

Dawk li m’għandhomx paga medja isibuha diffiċli biex anki japplikaw għal skemi tal-gvern għax lanqs biss ikollhom x’jieklu. Dawk li jinsabu f’relazzjonijiet abbużivi jsibuha diffiċli biex jitilqu mid-dar fejn hemm l-abbuż minħabba li m’għandhomx fejn imorru. Hu sellem lil 25 mara li mill-1981 inqatlu mill-maħbub tagħhom.

Ivan Bartolo appella biex ikunu installati il-lifts fl-appartamenti fejn jgħixu anzjani fis-sulari ta’ fuq iżda ma jistgħux joħorġu.