Coronavirus Lokali

Jiżdied każ ieħor ta’ COVID-19 f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna żdied każ ieħor ta’ COVID-19 u ħadd ma fieq biex b’hekk il-każi attivi issa telgħu għal 38.

Dan il-każ ħareġ minn fost 554 test li huwa kważi n-nofs tat-testijiet li kienu qed isiru tul dawn l-aħħar ġimgħat.

F’din il-15-il ġimgħa tal-pandemija f’pajjiżna s’issa kelna 5 każi li hu l-istess ammont li kellna fl-ewwel tliet ijiem tal-ġimgħa li għaddiet.

L-aħħar darba li l-awtoritajiet ma rrapurtaw ebda każ ġdid kien 12-il jum ilu.

Mis-7 ta’ Marzu l’hawn f’pajjiżna kellna 650 każ pożittiv li minnhom fiequ 603 filwaqt li tilfu ħajjithom 9 persuni.