Lokali Qorti Qtil Politiku

Cremona jiftakar lill-middleman jgħidlu “Keith Schembri u Yorgen Fenech ikkummissjunaw il-qtil”

11.47am – il-ġurnalisti se jidħlu lura fl-awla minn hawn u ftit ieħor

11.38am – Id-domandi dwar ir-recordings se jsiru wara bibien magħluqa

11.30am – L-Ispettur Arnaud staqsa mill-ġdid lil Cremona jekk kienx ikkuntattja lil Fenech biex jinfurmah li Theuma ried ikellmu. Cremona kkonferma li għamel dan.

11.17am –  Cremona qal li darba kien wera ritratt lil Theuma ta’ xi ħadd magħruf bħala “Il-Bagri” u Fenech qallu li dak kien hu – is-sensar bejn Cardona u xi oħrajn.

11.09am – Cremona qal li mhux veru dak li kien xehed fil-Qorti Theuma, li kien informah li se jsir rejd fuqu nhar is-16 ta’ Novembru.

11.08am – Cremona jgħid li Theuma kien jibqa’ jikkuntattjah sal-11pm. Jgħid li Theuma kien isib is-serħan tal-moħħ fih, u f’Edwin Brincat.

11.06am – Cremona jixhed li meta Fenech ma kienx jagħti flus lil Theuma, Theuma kien jgħidlu biex jikkuntattja lil Kenneth Camilleri, waqt li kien isib skuża biex jevita li jkellem lil Camilleri. Jgħid li Theuma qatt ma talbu jibgħat messaġġ lil Fenech għall-flus.

11.00am – Il-Maġistrat Montebello jsibha ftit diffiċli jemmen li, minħabba r-rabtiet tan-negozju bejn it-tnejn, hu qatt ma tkellem ma’ Fenech dwar il-kwistjoni. 

10.57am – Theuma kien qal lil Cremona biex jibgħat messaġġ lil Yorgen Fenech u jgħidlu li Theuma kien irrekordjah. Qal li hu qatt ma emmen dak li kien jgħidlu Theuma għax hu kien ilu jaħdem ma’ Yorgen Fenech żmien twil u ma setax jemmen li seta’ jasal għal xi ħaġa bħal din.

10.56am – Johann Cremona ppreżenta fil-Qorti ittra li kien tah Melvin Theuma. Din l-ittra kienet ġejja minn bank li Theuma ma kienx eliġibbli għal self ta’ flus. Dan ġara f’Settembru tal-2019. Cremona qal li Theuma kien qallu li semma r-rekordings lill-eks Kummissarju tal-Puliziaj Lawrence Cutajar.

10.55am – Cremona qed jgħid li minn Ġunju tal-2018 hu qatt ma tkellem ma’ Yorgen Fenech minkejja li kienu business partners. Jgħid li ma kienx konxju tal-possibbiltà li Vince Muscat jikseb maħfra presidenzjali. 

10.52am – Cremona qal li Theuma darba qallu li kien se jmur ma’ Mario Degiorgio biex jiltaqa’ ma’ sieħeb ta’ Chris Cardona. Cremona jinnota li ma jafx jekk għadda minn dan, iżda li kien tah parir biex ma jidħolx fi kwistjonijiet li ma kinux tiegħu.

10.45am – Cremona qal li Theuma darba ta lill-aħwa Degiorgio madwar 30,000 ewro minn flusu meta dawn kienu l-ħabs. Theuma kien qal lil Cremona li David Gatt kien qallu li meta l-aħwa Degiorgio joħorġu mil-ħabs, jekk jgħidu xi ħaġa, Cardona kien se joqtolhom. Skont Cremona, Theuma qallu li l-aħwa Degiorgio kienu qalulu li meta jinħarġu mill-ħabs, Cardona kellu jipprepara 400,000 ewro.

10.42am – Cremona jgħid li Melvin Theuma ma kienx emozzjonalment stabbli.

10.39am – Cremona qal li Theuma kien isemmi li kellu kuntatt mal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar; “kien jgħidlu li kellu problema ta’ ħasil ta’ flus”, jispjega Cremona.

10.34am – Johann Cremona qal li Theuma kien jitolbu jċempel lil Kenneth Camilleri biex itih jagħtih il-flus.

10.29am – Cremona xehed li Theuma kien dejjem jgħidlu l-istess dettalji tal-assassinju u kien isemma l-ismijiet ta’ Yorgen Fenech, Keith Schembri, Chris Cardona u David Gatt. Johann Cremona qal li Melvin Theuma kien qallu li Yorgen Fenech u Keith Schmebri kienu ordnaw l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u li huma tradewh.

10.28am – Cremona qal li staqsa lil Theuma x’inhu jiġri u qal lidin kienet l-ewwel darba li sema’ x’kien qed jiġri u li kienu qed jiddiskutu affarijiet relatati mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Cremona qal li hu kien ċempel lil Camilleri biex jgħidlu x’kien qed jiġri eżatt u Camilleri qallu li Melvin Theuma kien talbu biex jgħinu. Kien hawn li Cremona qal li Theuma qallu li kien ġie tradut minn Yorgen Fenech u Keith Schembri.

10.25am – L-għada Camilleri mar il-ħanut ta’ Cremona… ftit minuti wara tfaċċa Theuma u talab biex ikellem lil Kenneth Camilleri. “Dak il-ħin jien ħajjejthom jitkellmu waħedhom”. Cremona jikkonferma li l-għada ta ’dak, Theuma sejjaħlu biex jiltaqa’. Huwa ddikjara li ltaqa’ barra l-Parlament. Cremona qal li sema’ l-kliem “irranġaw għall-bail”.

10.22am – Johann Cremona qal li mexa għan-naħa l-oħra tat-triq waqt li t-tnejn l-oħra baqgħu jitkellmu. Hekk kif kien fuq il-mowbajl, huwa nnota lil Camilleri jitbiegħed minn Theuma u jagħmel telefonata. “Ma nafx jekk verament għamel telefonata,” qal Cremona. Theuma u Camilleri damu madwar 10 minuti jitkellmu. Cremona qal li kien ilu ma jisma mingħand Kenneth qabel dakinhar.

10.20am – Cremona qal li sema’ l-ewwel barra bil-każ f’Ġunju tal-2018, meta Kenneth Camilleri tkellem miegħu dwar dan. “Jien kont naf lil Kenneth minn żmien ilu, permezz ta’ missieri li kien pulizija tat-traffiku.” Johann Cremona qal li Camilleri talbu biex ikellem lil Theuma. L-Ispettur Keith Arnaud staqsa x’kienet ir-raġuni. “Ma nafx. M’għandix idea”. Cremona jgħid li ħa Camilleri d-dar ta’ Theuma. Huwa qal li kellu telefonata mingħand missieru waqt li kienu hemm, u mar fil-ġenb biex iwiġbu.

10.15am – Johann Cremona jgħid li jaħdem fis-settur tal-gaming, parzjalment barra Portomaso u parzjalment barra Ħal Qormi, fejn hemm uffiċċju u workshop. Mistoqsi dwar Melvin Theuma, Cremona qal li bħala kumpanija huma krew il-bini f’Ħal Qormi mingħandu. Theuma kien imur jinġbor il-kera kull xahrejn.

10.10am – Jibda jixhed Johann Cremona.

Dalgħodu qed tkompli l-Kumpilazzjoni tax-xhieda li qed tinstema’ mill-Maġistrat Rachel Montebello.

Illum mistenni jixhed Johann Cremona, li huwa ħabib tal-akkużat Yorgen Fenech u s-sensar tal-assassinju Melvin Theuma.

Preżenti fl-awla hemm l-avukati tad-difiża ta’ Yorgen Fenech, il-familjari tal-ġurnalista Daphen Caruana Galizia u l-Ispettur Keith Arnaud li qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru parte civile għall-familja Caruana Galizia, filwaqt li għal Yorgen Fenech qed jidhru l-Avuakti Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran, u Charles Mercieca.