Coronavirus Futbol Internazzjonali Sport

Marcus Rashford jikteb ittra lill-membri parlamentari tar-Renju Unit

Il-player internazzjonali Ingliż u ta’ Manchester United, Marcus Rashford, permezz t’ittra ħeġġeġ lill-gvern biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li ma jestendix l-iskema tal-vouchers tal-ikel.

Fl-ittra indirizzata lill-membri parlamentari, l-istilla ta’ United jitkellem dwar l-esperjenzi tiegħu stess bħala tifel u jistieden lill-ministri biex “isibu l-umanità” u “jagħmlu l-U-turn”.

Is-sistema tal-vawċers nazzjonali ġiet introdotta f’Marzu biex tgħin lill-familji bi dħul baxx biex jitimgħu lil uliedhom meta l-iskejjel ingħalqu minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Kienu qed jibbenefikaw minn din is-sitema 1.3 miljun tifel u tifla fl-Ingilterra.

Rashford diġà ta £20m għall-karità u wiegħed li se “jkompli jiġġieled” biex jindirizza din il-kwistjoni “sakemm ma jkun hemm ebda adoloxxenti fir-Renju Unit li jinkwieta minn fejn ġejja l-ikla tagħhom “. Hu talab lill-Gvern biex jipproteġi lit-tfal vulnerabbli.