Futbol Sport

Matthew Calleja Cremona jġedded il-kuntratt ma’ Hibernians

(Ritratt: Hibernians FC)

Il-gowlkiper Matthew Calleja Cremona ġedded il-kuntratt ma’ Hibernians b’sentejn. Il-gowlkiper ta’ 25 sena ngħaqad ma’ Hibernians sena ilu u primarjament kien riserva ta’ Marko Jovicic għalkemm lagħab f’ħames logħbiet tal-kampjonat u fl-FA Trophy, fi staġun li ma spiċċax kollu minħabba l-coronavirus.

Calleja Cremona li fil-passat lagħab mat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, beda l-karriera ma’ Pembroke Athleta u f’Jannar tal-2015 ingħaqad ma’ Floriana. Fis-sajf tal-2016 irritorna għal staġun ma’ Pembroke Athleta biex fl-2017 kompla l-karriera ma’ St. Andrews, klabb li lagħab miegħu għal żewġ staġuni. Għal dawn l-aħħar ħames staġuni u nofs, Calleja Cremona dejjem lagħab fil-Kampjonat Premier.