Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Proċess ta’ konsultazzjoni sad-29 ta’ Lulju

L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat dokument li hu intiż biex jirregola l-iżvilupp possibbli għas-sit tal-Jerma Palace Hotel u l-inħawi tal-madwar f’Wied il-Għajn.

Il-Brief li qed jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika jfittex li jipprovdi qafas ta’ pjanar għal kwalunkwe żvilupp futur f’din iz-zona.

Dan id-dokument inaqqas b’mod sinifikanti d-densità ġenerali ta’ żvilupp għal massimu ta’ 65,000 metri kwadri. Dan wara li l-Awtorità ħadet il-pariri sottomessi matul il-fażi inizjali tal-konsultazzjoni pubblika.

Id-dokument ipoġġi limitu ta’ 32m fl-għoli tal-iżvilupp fuq dan is-sit.