Futbol Sport

Il-captain Ryan Grech iġedded il-kuntratt ma’ Sirens

(Ritratt: Trevor Sollars)

Il-captain ta’ Sirens Ryan Grech se jibqa’ mal-klabb għal staġun ieħor hekk kif ġedded il-kuntratt. Hu kien plejer regolari fit-tim ta’ Steve D’Amato quddiem id-difiża u ta stabbiltà lit-tim.

Grech ingħaqad ma’ Sirens fis-sajf ta’ sentejn ilu u wara li fl-ewwel staġun għen lit-tim biex jikseb promozzjoni fil-Kampjonat Premier għall-ewwel darba, l-istaġun li għadda kien importanti biex Sirens temmew il-kampjonat fir-raba’ post u kkwalifikaw għall-Ewropa.

Grech li għandu 35 sena, fil-karriera tiegħu lagħab ma’ diversi timijiet fosthom Sliema Wanderers, Pietà Hotspurs, Tarxien Rainbows, Vittoriosa Stars, Mosta u Naxxar Lions.