Futbol Sport

Adrian Borg ma’ Sirens għal staġun ieħor

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Id-difensur Adrian Borg ikkonferma li se jilgħab l-istaġun li ġej ma’ Sirens wara li ffirma kuntratt ta’ sena. Borg ingħaqad ma’ Sirens fis-sajf li għadda u kien plejer regolari fil-qalba tad-difiża tat-tim minn San Pawl il-Baħar. Sirens kienu fir-raba’ post b’35 punt meta l-kampjonat twaqqaf minħabba l-Covid-19 u minħabba li tkompliex, ittieħdet il-klassifika kif inhi biex b’hekk għall-ewwel darba u fl-ewwel staġun tagħhom, Sirens ikkwalifikaw biex jilagħbu fl-Europa League.

Adrian Borg beda l-karriera ma’ Mosta u fl-istaġuni 2012/13 u 2013/14 lagħab b’self ma’ Ħamrun Spartans. Hu rritorna mal-Mostin biex lagħab żewġ staġuni oħra magħhom qabel ingħaqad ma’ Pembroke Athleta fl-istaġun 2016/17. Borg kiseb post regolari ma’ St. Andrews fil-qalba tad-difiża flimkien ma’ Travis Blagrove. Il-prestazzjonijiet tiegħu wasslu biex meta St. Andrews sfaw relegati, Borg attira l-interess ta’ Sirens u baqa’ jilgħab fl-ogħla diviżjoni.

Tags