Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu llum u jsiru champions tal-Ġermanja għat-30 darba

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Hansi Flick qal li Werder Bremen ma għandhomx jistennew rigali mingħandhom għalkemm jinsabu f’xifer ir-relegazzjoni. Bayern Munich jassiguraw ir-rebħ tat-30 kampjonat jekk jerbħu llum fi Bremen, hekk kif Borussia Dortmund jinsabu seba’ punti warajhom bi tliet logħbiet għal tmiem il-kampjonat.

Il-pożizzjoni fil-klassifika hi ferm differenti minn dawk ta’ 15-il sena ilu, proprju fi żmien l-aħħar rebħ tal-Bundesliga għal Werder Bremen. Flick se jkollu lura lill-aqwa skorer Robert Lewandowski u Thomas Müller li t-tnejn kienu sospiżi fl-aħħar logħba.

Il-kowċ ta’ Bayern Munich qal li Werder Bremen se jippruvaw jagħlqu l-ispazji u faħħar lit-tim talli baqgħu kalmi u taw is-sapport lill-kowċ tagħhom Florian Kohfeldt. Huma rebħu tlieta mill-aħħar ħames logħbiet tal-kampjonat u reġgħu daħlu b’ċans li jibqgħu fil-Bundesliga.

Bundesliga

Illum: Borussia Mönchengladbach v Wolfsburg 6.30pm, Freiburg v Hertha Berlin 8.30pm, Union Berlin v Paderborn 8.30pm, Werder Bremen v Bayern Munich 8.30pm

Għada: Eintracht Frankfurt v Schalke 6.30pm, Augsburg v Hoffenheim 8.30pm, Bayer Leverkusen v Köln 8.30pm, Leipzig v Fortuna Düsseldorf 8.30pm