Lokali

FILMAT: Cardona ma jweġibx lill-media u jkompli jisfida lil Abela

S’issa d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona jidher li jrid ikompli jisfida lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela billi ma jippreżentax ir-riżenja tiegħu mit-tmexxija tal-Partit.

Mistoqsi minn The Malta Independent qabel daħal fil-Parlament, kien il-Prim Ministru nnifsu li kkonferma kif s’issa, Chris Cardona għadu ma ppreżentax l-ittra ta’ riżenja.

Min-naħa l-oħra, NET News għamel diversi tentattivi biex jikkuntattja lid-Deputat Mexxej Laburista u jieħu l-kummenti tiegħu. Madankollu, dawn it-tentattiv rriżultaw kollha fin-negattiv, hekk kif Chris Cardona ma wieġeb l-ebda messaġġ jew telefonata li għamilnilu.

(Filmat: The Malta Independent)