Lokali Parlament

Il-PN jinsisti għal dibattitu urġenti dwar is-sitwazzjoni preżenti

Il-gvern jopponi...L-Ispeaker jikkunsidra li l-każ hu wieħed importanti iżda mhux ta' urġenza li jkun diskuss fil-parlament llum

Il-Kap tal-PN Adrian Delia nsista fil-parlament li l-Ordnijiet tal-ġurnata jkunu sospiżi biex isir dibattitu urġenti dwar is-sitwazzjoni preżenti wara li tħabbar li se jirriżenja d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona u wara li l-ex Kummissarju tal-Pulizija tpoġġa taħt investigazzjoni mill-qorti.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling dwar it-talba tal-Oppożizzjoni fejn qal li minkejja li din kwistjoni ta’ natura ta’ importanza pubblika, m’hemmx l-urġenza li ssir id-diksussjoni f’din is-seduta; anki għall-fatt li jekk isir id-dibattitu dan jista’ jippreġudika l-investigazzjonijiet li tpoġġa taħthom l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia staqsa jekk hemmx stqarrija ministerjali jew mill-Prim Ministru dwar dak li seħħ fl-aħħar siegħat fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u wara li ġranet ilu l-Prim Ministru kien qal li d-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona kien se jagħmel il-ħaġa t-tajba fil-kuntest tal-pożizzjoni tiegħu fil-PL. Chris Cardona qal li kien qal li mhxu se jirriżenja u li jekk jagħmel hekk, allura jkun qed jagħti raġun lil dak li qed jingħad dwaru.

Il-Prim Ministru illum ħabbar li Chris Cardona se jirriżenja u għalhekk il-Prim Ministru għandu jispjega dwar x’kien kien il-patt li għamel m’a Chris Cardona biex dan jagħti r-riżenja tiegħu.

Hu qal li l-Ordnijiet tal-Kamra jitolbu li jitressaq l-aġġornament biex issir diskussjoni ta’ natura urġenti. Dan wara dak li seħħ fil-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech fejn xhieda trattaw l-involviment tal-ex Kummissarju fl-investigazzjonijiet fosthom li minn wara dahar l-investigaturi tkellem u kixef informazzjoni sigrieta viċin Melvin Theuma li ngħata l-maħrfa mill-gvern biex jixhed.

Il-Maġistrat Rachel Montebello ordant li l-ex Kummissarju jkun investigat iżda wara dan il-Prim Ministru irringazzja lil Cutajar tal-ħidma tajba li għamel fil-fehma tiegħu bħala Kummissarju. Dakinhar tar-riżenja Lawrence Cutajar kien maħtur mill-Ministru tal-Intern bħala konsulent tiegħu.

M’hemmx dubju li bl-aġir tiegħu Cutajar tradixxa l-ġurament tal-ħatra u naqas lejn ir-Repubblika ta’ Malta. Il-parlament għandu jiddiskuti l-istat prekarju tal-Korp tal-Pulizija u r-responsabbiltà politika tal-Prim Ministru u tal-Ministru tal-Intern li huma għoġobhom jirringrazzjawh u jappuntawh konsulent. Għalhekk il-PN pproponi l-aġġornament tal-Kamra.

Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield qal li l-gvern ma jaqbilx fuq l-urġenza tad-dibattitu għalkemm din hi kwistjoni ta’ importanza definita.

Il-Kpa tal-PN Adrian Delia qal li l-gvern qed jaqbel li din hi materja definita u sostna li l-gvern qed jaqbel ukoll mal-importanza nazzjonali u mal-urġenza. Hu sostna li l-urġenza tirriżulta mill-fatt li 32 xahar ilu l-PN kien talab li jkun hemm ir-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija iżda din ama saritx. Kien ikkunsdrat li l-urġenza tista’ tistenna u fix-xhur ta’ wara kull darba li l-PN talab l-urġenza ma qisx li din hi immedjat għaliex din tista’ tistenna.

Ir-riżenja li suppost saret fissret li kien hemm abbuż fuq il-ġustizzja fuq il-qtil ta’ Caruana Galizia. L-urġenza tal-lum hi l-koundizzjoni tal-Korp tal-Pulizija mhix tagħti garanzija li se ssir ġustizzja. Jekk dan ma jkunx dibattitut llum, għada jista’ jkun hemm oħrajn li huma involuti u li jistgħu jippreġudikaw l-investigazzjoni. Il-Prim Ministru ma jistax jiggarantixxi li mhux se jaħarbu u li jsiru l-investigazzjonijiet li għandhom isiru. Il-gvern iwettaq dak li ma rjidx għax ikun darhu mal-ħajt, sostna l-Kap tal-PN.

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb li l-PN għandu l-aqwa opportunità li jidher quddiem il-kumitat parlaemntari u jagħmel il-mistoqsijiet kollha lill-Kummissarju tal-Pulizija; anki dwar l-ex Kummissarju tal-Pulizija. Hu sostna li bid-dibattitu li l-PN irid dwar persuna li lbieraħ il-qorti qalet li l-ex Kummissarju għandu jkun ivnetsigat; fil-mument li l-parlament jiddibatti dwar l-ex Kummissarju se titwaqqaf l-investigazzjoni. Il-gvern jemmen fil-qrati u għandu fiduċja fihom, sostna l-Prim Ministru,