Lokali

Illum nafu għaliex Abela rringrazzja lil Cutajar – Karol Aquilina

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fakkar kif il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela rringrazzja lil Lawrence Cutajar meta dan tal-aħħar irriżenja minn Kummissarju tal-Pulizija.

Iżda fid-dawl tal-aħħar skandlu minn sensiela li ċappsu lill-Korp tal-Pulizija, Aquilina qal li issa sirna nafu għaliex il-Prim Ministru rringrazzja Cutajar.

Dan hekk kif ilbieraħ filgħaxija, il-Qorti ordnat li l-eks Kummissarju tal-Pulizija jitpoġġa taħt investigazzjoni kriminali wara li semgħet kif Lawrence Cutajar – meta kien fit-tmexxija tal-Korp – infurma lill-Ġojja b’recordings li kien hemm dwar Melvin Theuma.