Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 50 sena residenti San Ġwann sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħal Lija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.20p.m fi Triq Enejja. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija tad-Distrett irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi wara li waqgħu bih xi xorok waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post wasal tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-Investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.