Coronavirus Lokali Saħħa

L-emerġenza medika se titwaqqaf fl-aħħar ta’ Ġunju

Permezz ta’ Avviż Legali maħruġ ilbieraħ, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħabbret li l-emerġenza medika f’pajjiżna se tkun qed titneħħa fit-30 ta’ Ġunju. Dan ifisser li anke r-regolamenti li kienu qed ipoġġu limitu fuq l-attivitajiet tal-massa, se jitneħħew fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Għalkemm il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qed jibqa’ jinsisti li hu kontra li jsiru l-festi u tiġijiet.

Il-Ħadd, il-Prim Ministru kien ħabbar li se titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika u l-avviżi legali kollha b’rabta mal-Covid-19.

Se jitneħħa wkoll il-limitu ta’ 75 persuna li jistgħu jinġabru fil-pubbliku.

Robert Abela stqarr illi filwaqt li mhux se jkun hemm obbligu legali fuq użu ta’ maskri jew distanza soċjali, ħeġġeġ li wieħed jibqa’ isegwi dawn il-linji gwida sakemm jitneħħew ukoll. Dan il-kumment qajjem diversi kummenti min-nies, li ma setgħux jifhmu eżatt dawk li sejjħu “messaġġi kontradittorji” mill-Prim Ministru.