Lokali Parlament

L-ex Kummissarju Cutajar għażel li ma jaġixxix kontra l-kriminalità; il-gvern poġġieh konsulent

Il-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li l-ex Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien għażel li ma jinvestigaw ir-rapporti madwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia iżda minkejja dan il-gvern kien ħatru konsulent fil-Ministru tal-Intern.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li f’Jannar kien hemm diġà informazzjoni fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ma aġixxa xejn fid-dawl tal-investigazzjonijiet li kellu jagħmel iżda li għażel li ma jagħmlux.

Minkejja dan, il-Ministru tal-Intern u l-Prim Ministru għażlu li jpoġġu lill-ex Kummissarju tal-Pulizija bħala konuslent. Il-Kummissarju għażel li ma jaġixxix biex jipproteġi lill-Maltin mill-kriminalità anzi jassisti lill-kriminali, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li dan imur kontra dak li qal il-Ministru tal-Intern stess meta ftaħar li kien aġixxa dwar il-Kummissarju.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-Korp tal-Pulzija għandu jinvestiga dak kollu li jeħtieġ ikun investigat bla ma tħares lejn wiċċ ħadd.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna li l-Ministru tal-Intern mhux iwieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni u qal li sentejn ilu l-PN kien għamel mozzjoni biex ikunu investigati l-allegazzjonijiet kollha li kienu saru. Għaliex kont ivvotajt kontra dik il-mozzjoni? staqsa l-Kap tal-PN.

Il-Ministru Byron Camilleri wieġeb li l-gvern kien ivvuta favur l-emenda fil-mozzjoni u sostna li l-Pulizija għandhom jinvestigaw kollox; kull suspett biex isisr ġustizzja.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa jekk f’Jannar 2020, meta Byron Camilleri inħatar Ministru tal-Intern, hu u l-Prim Ministru ngħatawx informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet fil-qtil qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u jekk kinux informati li kien hemm żewġ allegazzjonijiet fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Id-deputat Nazzjonalista staqsa wkoll jekk fid-dawl ta’ din l-informazzjoni u minkejja l-involviment imsemmi, il-Ministru tal-Intern u l-Prim Ministru xorta waħda awtorizzaw lil Lawrence Cutajar biex ikun konuslent fil-Ministeru tal-Intern.

Il-Ministru Camilleri qal li ma ngħata l-ebda briefing dwar il-qtil ta’ Daphne Carauan Calizia u sostna li l-ebda ministru ma jindaħal fl-investigazzjonijiet tal-pulizija u jidġħol biss jekk ikun mitlub jfofri riżorsi.

Id-deċiżjoni ttieħdet skont l-informazzjoni li kien hemm dak iż-żmien ida meta kien hemm l-ewwel allegazzjoni hu ssopenda l-kuntratt u wara li l-qorti bdiet tinvestiga, il-kuntratt intemm. Dmiri wettaqtu, sostna l-Ministru Byron Camilleri, li kompla li l-ġustizzja m’għandha tħres lejn wiċċ ħadd

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi staqsa jafx il-Ministru għall-Intern li wara li l-maġistrat ordna li l-ex Kummissarju Lawrence Cutajar itpoġġa taħt investigazzjoni kriminali, hu bidel il-mobile u n-numru tiegħu.

Jason Azzopardi staqs wkoll kif f’Jannar il-Ministru tal-Intern iddeċieda li jneħħu lill-Kummissarju tal-Pulizija u kif fl-istess waqt l-ex Kummissarju tal-Pulizija inħatar konsulent meta kien hemm indikazzjoni u ammissjoni li kien hemm xi ħaġa ħażina. Minkejja dan il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern poġġewh konsulent biex jgħattilhom xturhom.

Il-Ministru Camilleri wieġeb li ma jaqbilx li l-Ministru tal-Intern; ma jinteressanix xejn…dak jarawh il-Pulizija.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilin staqsa x’kienet ir-raġuni wara r-riżenja ta Lawrence Cutajar minn Kummissarju tal-Pulizija, x’kienet ir-raġuni li nħatar konsulent u jekk il-Ministru tal-Intern hux se jġorr ir-responsabbiltà politika għall-ħatra ta’ Lawrence Cutajar bħala Kummissarju tal-Pulizija u li għalhekk kien irrendja lilu nnifsu kompliċi għaliex fdah f’pożizzjoni pubblika.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri qal li flimkien mal-Prim Ministru kien iddeċieda fuq l-informazzjoni li kien hemm f’dak il-mument iżda meta kien hemm informazzjoni differenti, il-gvern aġixxa bis-sospensjoni u issa t-terminazzjoni tal-kuntratt. Iddeċidejt mill-ewwel, sostna l-Ministru tal-Intern.