Lokali Parlament

L-isport isaħħaħ is-soċjetà

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar sostna fil-parlament li l-isport hu mibni fuq valuri li għandhom isaħħu s-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-PN ħa deċiżjoni lil-isport ikun elevat għal ministeru u sostna li l-isport għandu jidħol fid-diskussjoni fl-ogħla organu tal-PN.

Flimkien mal-fergħat tal-PN kien approvat li l-isport se jkun rappreżentat fl-ogħla organi tal-PN. Fis-26 ta’ Ġunju 2020 se tkun organizzata konferenza nazzjonali fejn il-politika partiġġjana se titħalla barra. Il-gvern għandu jisma’ din id-dikussjoni li se tiffoka fuq il-valuri biex is-soċjetà tifhem il-ħtieġa ta’ bidla fil-kultura li l-isport mhux biss importanti li tirbaħ il-midalji iżda li jissaħħu l-valuri.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-valuri tal-isport huma li l-atleti jkunu kapaċi jirbħu u jitilfu. Valuri ieor tal-isport hu li ma jkunx hemm arroganza fil-konfront tal-avversarji; l-isport jista’ jagħti ġenerazzjonijiet futuri aħjar. L-isport hu fundmentali biex il-poplu jgħix stil ta’ ħajja aħjar.

Robert Cutajar kompla li l-isport jgħin biex il-persuni jippreparaw il-ġurnata tagħhom.

Il-konferenza se titratta wkoll ir-razziżmu għaliex l-isport hu għodda biex ir-razziżmu jkun miġġieled. L-għaqdiet se jinġiebu flimkien u se jkun hemm għajnuna lill-għaqdiet sportivi fil-kuntest tal-fondi Ewropej għaliex din il-faxxa ftit ibbenefikat mill-fondi Ewropej.

Suġġett ieħor li se jkun diskuss hu l-aspett diġitali biex l-għaqdiet iwasslu l-attivitajiet tagħhom fil-media soċjali.

Hu appella lill-isportivi biex fis-26 ta’ Ġunju 2020 jingħaqdu mal-PN biex jikkontribwixxu biex bl-isport il-pajjiż ikollu soċjetà aħjar.