Lokali

Laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari tal-PN biex jiddiskuti l-aħħar żviluppi xokkanti fil-pajjiż

Il-Kap tal-PN Adrian Delia kmieni dalgħodu sejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista; laqgħa li se ssir fis-1pm.

Il-Viċi Kap tal-PN David Agius ikkonferma ma’ Net News li din il-laqgħa qed tissejjaħ fl-isfond tal-aħħar aħbarijiet li ħarġu fl-aħħar 24 siegħa marbutin mal-kumpilazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – rivelazzjonijiet xokkanti li wasslu biex issa l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jinsab taħt investigazzjoni kriminali.