Sa ftit tax-xhur ilu kien il-ħames Kummissarju fi żmien Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Illum, Lawrence Cutajar jinsab taht investigazzjoni kriminali minhabba leakages mill-Korp wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
U f’nofs dan kollu, Cutajar iddeċieda li jagħti intervista lill-ġurnal Times of Malta ghaliex, skont hu, “issa too much”.
Fl-intervista, Lawrence Cutajar pratikament ammetta li kixef kollox meta ddiskuta ma’ Edgar Brincat, persuna viċin ta’ Melvin Theuma,li l-Pulizija kienu jafu bir-recordings tal-middleman.
“Ħassejt li peress li jien kont naf li jaf lil Theuma… jiena ħassejt li għandi nistaqsih“
Edgar Brincat, magħruf bhala “Il-Ġojja” kien jaf eżatt fejn joqgħod il-Kummissarju.
Lawrence Cutajar ammetta wkoll, li hu ltaqa’ ma’ Brincat aktar minn darba.
Pressat biex jgħid kienx jaf li l-assisstent tiegħu Silvio Valletta kien biċċa waħda ma’ Yorgen Fenech, Cutajar wiegeb “lanqas xejn… no way, no way, no way” u żied jgħid “mela għax tkun Kummissarju jfisser li tkun taf kollox?”
Lanqas ma kien jaf li Ray Aquilina, li kien imexxi l-Economic Crimes Unit, ukoll kien qrib Yorgen Fenech.
Dwar jekk kienx kellem lil Keith Schebrmi dwar il-każ, l-eks Kummissarju jgħid li ma’ Schembri tkellem biss dwar proklami, u mistoqsi rigward ir-rapporti tal-FIAU dwar ħasil ta’ flus u tixħim, Cutajar ikkummenta li “dawn kollha fesserija” b’referenza għall-kritika li hu kien ħalla r-rapporti fil-kexxun.
Fost ir-rapporti pendenti li għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta dwarhom hemm dawk marbuta mal-kumpaniji sigrieta fil-Panama ta’ l-eks Ministru Mizzi u l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Hu qal li l-investigazzjonijiet dwar dawn ir-rapporti għadhom għaddejjin.
Cutajar li kien l-ewwel, u s’issa l-uniku wieħed li jidher li qed ibati l-konsegwenzi tal-intriċċi marbuta mal-assissinju ta’ Daphne Caruana Galizia kellu jirriżenja minn Kummissarju f’Jannar.
Skont Cutajar hu rriżernja għax kif laħaq Byron Camilleri Ministru tal-Intern, l-ewwel ma staqsewh kien jekk hux se jżomm lil Cutajar bħala Kummissarju.
Immedjatament wara r-riżenja tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela ħatru konsulent fil-Ministeru tal-Intern, biex it-Tnejn tard filgħaxija keċċih wara li ftit qabel kien issospendih. Bil-PN jghid li issa, fl-aħħar, bħal donnu li l-Gvern stenbaħ.
//= $special ?>