Ekonomija Kummerċ Lokali

“Pajjiżna ma jistax jikkomprometti l-futur ekonomiku” – Kamra tal-Kummerċ

Malta m’għandhiex tirriskja li tikkomprometti l-miżuri biex tqum fuq saqajha l-ekonomija. Hekk qalet il-Kamra tal-Kummerċ fl-isfond għal dakl i qed ikun ikkunsidrat bħala l-akbar test għall-ekonomija ta’ pajjiżna, jiġifieri dak tal-Kunsill tal-Ewropa.

Il-Kamra qalet li dan it-test li jevalwa l-miżuri meħuda min pajjiż fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, magħruf aħjar bħala r-rapport Moneyval, se jkun wieħed kruċjali li pajjiżna ma jistax ifalli fih. Jekk pajjiżna ma jissodisfax il-kejl tal-Kunsill tal-Ewropa, Malta tiġi grey-listed, jiġifieri tibda tiġi meqjusa bħala pajjiż li mhux qed iħaddem strutturi kontra l-ħasil tal-flus.

Fil-messaġġ li għaddiet lill-Gvern, il-Kamra qalet li jeħtieġ li tingħata priorità nazzjonali lid-dibattitu dwar il-governanza tajba.

Il-Gvern Malti għadu lura ferm meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra f’dak li hu infurzar dwar ħasil ta’ flus, u dan, skont l-aktar rapport reċenti tal-FIAU f’pajjiżna.

Il-Kamra tal-Kummerċ saħqet lil l-governanza tajba hija kruċjali għall-istabbilità ekonomika u għandu jsir dak kollu possibbli biex jinżammu l-ogħla standards etiċi fuq livell Nazzjonali.

Ikkummenta