Lokali Parlament

Robert Abela hu ostaġġ tal-kriminali ta’ żmien Joseph Muscat

Il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna fil-parlament li llum il-Prim Ministru Robert Abela hu ostaġġ tal-kriminali li kienu f’Kastilja fi żmien l-ex Prim Ministru Joseph Muscat.

Fil-parlament Adrian Delia qal li d-dokumenti dwar l-iżvilupp sostenibbli ilhom fuq l-ixkaffa mis-sena 2017; din id-diskussjoni qed isir tliet snin twal. Il-gvern ma jimpurtahx mill-iżvilupp sostenibbli, sostna Adrian Delia, li kompla li fil-każ tal-ex Kummissarju Lawrence Cutajar l-Prim Ministru qed jargumenta li l-parlament ma jistax jiddibattiti suġġett li dwaru se jkun hemm investigazzjoni kriminali.

Hu qal li mhux urġenti llum li ssir diskussjoni dwar dak li qed jirriżulta mill-kumpilazzjoni. Il-mozzjoni tal-PN kienet biex tiddiskuti l-aġir tal-gvern dwar l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Prim Ministru ma spjegax li meta ħatar lil Cutajar bħala konuslent il-Prim Kinistru għamillux grilling dwar hux investiga dwar dak li kien ħiereġ pubbliku, ir-rapporti tal-FIAU, lil Nexia BT, lil Keith Schembri, il-kuntratti tal-Eletrocogras, il-kuntratt tal-Vitals u l-aġir kollu li seħħ fKastilja u li wasslu għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Jekk għamillu l-gilling, il-Prim Ministru ma ntebaħ b’xejn f’Jananr? Jekk m sarx il-grilling, allura l-Prim Ministru assuma r-responsabbiltà politika.

Adrian Delia kompla li l-PN kien ilu x-xhur jitkellem dwar dan; f’Jannar Robert Abela qal li jrid ireġġa lura n-normalità wara kriżi kostituzzjonali fejn l-aġir ta’ gvern korrott ġab diżastru għar-reputazzjoni ta’ Malta. Wara mill-ewwel deċiżjoni ta’ Robert Abela kieet li qal li l-Kummissarju irriżenja iżda issa qed jgħid li keċċih hu. Lil liema Robert Abela se nemmnu? Dak ta’ Jannar jew tal-lum? staqsa Adrian Delia.

Il-Kap tal-PN kompla li l-Prim Ministru llem qed jgħid li f’Jannar ma kien jaf xejn meta l-PN kien diġà staqsa dwar il-kuntratti iffirmati propju meta Robert Abela kien konsulent tal-Prim Ministru. Robert Abela kien wieġeb li hu ma jaf xejn dwar dan il-kuntratt fosthom tal-Vitals u tal-Electrogas. Illum il-Prim Ministru qed jgħid li meta għażel lil Cutajar ma kien jaf xejn minn dak li issa ħiereġ. Dan juri li l-Prim Ministru am jistax jagħti l-konfort neċessarju.

Il-Kap tal-PN kompla li firealtà l-gvern jiddeċiedi biss meta jiġi dahru mal-ħajt u sostna li kien meta naqbdu li Konrad Mizzi tneħħa minn konsulent wara li rriżenja minn ministru. L-istess seħħ fil-każ ta’ Lawrence Cutajar li tneħħa wara li nqabad. Robert Abela hu ostaġġ tal-istess nies li kienu jokkupaw l-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.

Il-Kap tal-PN qal li l-Prim Ministru ħabbar li Chris Cardona se jririżenja dalwaqt minn Deputat Mexxej tal-PL. Jumejn ilu qal li tneħħiet l-emerġenza tas-saħħa, imbagħad fi ftit siegħat u sisa fl-aħħar ta’ Ġunju. Bidel il-verżjoni tliet darbiet.

Ftit ġranet ilu Robert Abela qal li Chris Cardona kien se jieħu l-aħjar deċiżjoni għall-PL iżda Chris Cardona ħareġ jgħid li mhux se jirriżenja. Illum il-Prim Ministru qal li Chris Cardona se jirriżenja.

Din hi n-normalità? staqsa l-Kap tal-PN, li kompla li l-gvern mhux jirrealizza bil-ħsara li qed issir lill-pajjiż Għall-ħsara qed iħallas il-poplu Malti.

Il-Kap tal-PN kompla li l-poplu qed iħallas il-miljuni għall-Vitals, għall-enerġija, għr-riklami tal-MTA u l-persons of trust. Illmu il-poplu ma sabx l-appoġġ li għandu bżonn fil-mument ta’ kriżi, sostna Adrian Delia, li kompla li l-persuni vulnerabbli issa l-gvern qallhom biex imorru għax-xogħol. Il-Prim Ministru ma jiddeċidix fl-aqwa interess tal-pajjiż.

Meta l-ex Prim ministru kien qal li mhux se jkun no stone unturned, kien ifisser li se jsibu lill-kriminali jew li se jagħmlu minn kollox biex jipproteġu lill-kriminali?

Il-Prim Ministru hu ostaġġ u ma jridx jiddibatti fuq l-aħjar affarijiet importanti tal-pajjiż. Lill-Gvern Chris Cardona qallhom li qed isir frame-up fuqu. Min kellu raġun? Il-Kabinett jew Chris Cardona?

Il-Kap tal-PN semma’ l-Kummissjoni Venezja u qal li qed joħroġ aħbarijiet li juru li l-gvern ma rjidx normalità, demokrazija u li toħroġ il-verità għax irid jikkontrolla kollox kien kien jagħmel Joseph Muscat.

Hu semma ‘l-Moneyval, li hu test ikbar b’konsegwenzi kbar għaliex Malta tista’ tiqiegħed b’mod permamenti fuq il-lista s-sewda. Dan ikun ċeritifikat li m’hawnx il-konfort u s-serħan tal-moħħ għall-investituri. Dan qed jipperikola eluf ta’ postijiet tax-xogħol li jrendu. Il-gvern jinsab f’morsa; hemm deċiżjonijiet li mhux kapaċi jieħu.

Kulħadd jaf li f’Jannar kien hwn rabja fil-pajjiż il-Prim Ministru kellu jirriżenja biċ-ċertifikat tal-aktar politiku korrott fid-dinja. Il-Prim Ministru Abela ma setax jaġixxi tant li dawk kollha li kienu involuti meta waqa’ l-Prim Ministru Muscat għadhom hemm jiġbdu lil Robert Abela minn kullimkien. Kulħadd jirrikattah; min b’mod u min b’ieħor.

Keith Schembri kellu jkun investigat, sostna Adrian Delia, li stieden lil Robert Abela jiddikjara li Keith Schembri, in-Nexia BT, il-kuntratti kollha u Konrad Mizzi m’għandhomx ikunu investigati.

Hu qal li Robert Abela għandu jispjega kif qed jagħżel li jagħti l-flus lill-Electrogas flok iraħħas il-kontijiet; qed jiddefendi lill-kriminali. Dwar l-ex Kummissarju, Adrian Delia qal li kienet il-maġistrat li ordnat l-investigazzjonijiet; id-deċiżjoni ma ħadhiex Robert Abea li ma tkellimx qabel.

Il-Kap tal-PN qal li l-ekonomija tinsab f’salib it-toroq u sostna li l-pajjiż għadda minn terremot ta’ korruzzjoni u mill-burraxka ta’ elezzjonijiet interni fil-PL u wara l-pandemija tas-saħħa. F’dan il-mument il-pajjiż m’għandux bżonn jibqa’; jsawwat ir-reputazzjoni tal-pajjiż.

Ġurnali barranin qed jiddiskuti dak li seħħ fil-konfront tal-ex Kummissarju tal-Pulizija iżda l-Prim Ministru jidhirlu li mhux importanti li din tkun diskussa fil-parlament. 85% tal-poplu tirrikonoxxi li l-korruzzjoni hi rampanti; kullimkien.

Lawrence Cutajar ma ħax id-deċiżjonijiet li ma jinvestigax waħdu iżda dawn id-deċiżjonijiet ħadhom ħaddieħor li kien qed jopera minn Kstilja. Dan għadu jopera minn Kastilja permezz ta’ Robert Abela li hu ostaġġ f’idejhom.

Il-Kap tal-PN sostna li jieqaf jitkellem fuq il-korruzzjoni meta jkollna gvern li mhux kontrollat mill-kriminali u meta jkun hawn gvern li jiddeċiedi favur iż-żgħir u mhux iħares l-interessi ta’ dawk li jitimgħuh. Il-flus kollha misruqin għandhom jintużaw għall-poplu. Il-messaġġ tal-PN li jiġġieled il-korruzzjoni hu wieħed ta’ tama għan-nies, sostna l-Kap tal-PN Adrian Delia.