Lokali Qorti

Tliet irġiel arrestati wara sejba ta’ droga – wieħed minnhom għandu jitressaq l-Erbgħa

Tliet irġiel ġew arrestati wara sejba ta’ droga u €45,000 fi flus kontanti fil-Għargħur. It-Tnejn li għadda wara nofsinhar, il-Pulizija milll-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat tlett irġiel ta’ 28 sena, 31 sena u 53 sena f’operazzjoni oħra fil-Għargħur

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel ta’ 28 sena, li kien mistenni jitressaq il-Qorti tard it-Tlieta wara nofs-inhar, issa ġie deċiż li jitressaq l-Erbgħa quddiem il-Maġistrat George Victor Axiak. Dan peress li l-investigazzjonijiet ħadu fit-tul aktar milli kien mistenni.

Wara ġranet ta’ sorveljanza, il-Pulizija wettqu r-rejd f’razzett f’Ħal Għargħur, u minn tfittxija li saret, il-Pulizija sabet sustanza suspettata droga kokaina kif ukoll madwar €45,000 fi flus kontanti. L-irġiel ġew arrestati fuq il-post u ttieħdu il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ