Għawdex Knisja Lokali

AĠĠORNATA: Dun Anton Teuma mistenni jkun l-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex

Minn indikazzjoni li għandna, illum għall-ħabta ta’ 12pm se jitħabbar min se jkun l-Isqof il-ġdid tad-djoċesi Għawdxija.

Il-gazzetta in-Nazzjon irrappurtat li Dun Anton Teuma mistenni jkun l-Isqof il-ġdid ta’ Għawdex.

Din l-aħbar għandha tkun konfermata fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista u kelliem għal Għawdex Chris Said, permezz ta’ post fuq Facebook qal li min ġie magħżul bħala r-ragħaj spiritwali t’Għawdex, se jingħata l-appoġġ u s-sostenn għall-ħidma tiegħu fid-djoċesi tal-istess gżira.

Dun Anton Teuma se jkun qiegħed jieħu f’idejh it-tmexxija tad-Djoċesi Għawdxija wara li f’Ottubru tas-sena li għaddiet l-Isqof Mario Grech ingħata inkarigu importanti fil-Vatikan.