Lokali

Arrest f’Għawdex fuq allegat traffikar ta’ droga

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Għawdex wettqu operazzjoni b’rabta ma’ investigazzjonijiet dwar traffikar u pussess ta’ droga, fejn ġie arrestat raġel ta’ 23 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.

Wara jiem ta’ investigazzjonijiet, it-Tlieta li għaddew wara nofsinhar, il-Pulizija osservat ir-raġel jinżel Malta u wara ftit sigħat, jerġa jaqbad il-vapur lura lejn Għawdex.

Hekk kif niżel mill-vapur, il-Pulizija waqfuh, saret tfittxija, u nstab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga sintetika. Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Florian għall-aktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet fil-konfront ta’ dan ir-raġel għadhom għaddejjin.