Futbol Sport

Balzan interessati f’Mark Miller

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-klabb tal-Kampjonat Premier Balzan jinsab interessat fis-servizzi ta’ Mark Miller biex jinħatar kowċ tagħhom għall-istaġun li ġej. Balzan ġejjin minn kampjonat diżappuntanti li fih kienu fis-seba’ post tal-klassifika bi 28 punt meta l-kampjonat ma setax jitkompla b’sitt logħbiet għat-tmiem.

Qabel il-Covid-19 waqqaf il-kampjonat, Balzan kienu taħt it-tmexxija ta’ Alessandro Pantoja u Ludvic Bartolo wara li fil-bidu ta’ Marzu, Jacques Scerri kien irriżenja minn kowċ b’konsegwenza tal-eliminazzjoni mill-FA Trophy kontra Pietà Hotspurs.

Mark Miller jinsab liberu bħalissa wara li laħaq ftehim ma’ Mosta biex ma jibqax fil-kariga. F’dawn iż-żminijiet, Miller qed jagħmel evalwazzjoni tal-għażliet tiegħu. Miller hu kowċ li ma għandu bżonn l-ebda introduzzjoni f’pajjiżna. Hu ilu bħala kowċ għal kważi 30 sena fejn anki rebaħ il-kampjonat ma’ Floriana, Sliema Wanderers, Hibernians u Valletta.

Tags