B’referenza għax-xhieda mogħtija llum fil-Qorti, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija għamilha ċara li huwa qatt ma rċieva ebda offerta u wisq inqas xi pagament biex jimmina l-kandidatura ta’ kwalunkwe wieħed mill-kandidati tiegħu fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew jew fi kwalunkwe elezzjoni oħra.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem ċaħad u jibqa’ jiċħad bl-iktar mod kategoriku din l-allegazzjoni.
//= $special ?>