Lokali

Chris Cardona jirriżenja minn Deputat Mexxej; tibda l-ġirja biex jieħdu postu

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li rċieva l-ittra tar-riżenja ta’ Chris Cardona minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Għalkemm din l-ittra tar-riżenja ma ġietx ippubblikata.

Dan ifisser li issa infetaħ proċess elettorali sabiex jiġi elett Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit – pożizzjoni li għaliha diġa’ hemm ħafna ismijiet interessati, fosthom il-President Daniel Micallef.

Sa dalgħodu, meta mistoqsi dwar din ir-riżenja, Chris Cardona ma riedx jikkummenta rigward il-futur tiegħu.

Il-Partit Laburista fl-istqarrija tiegħu rringrazzja lil Cardona għall-ħidma politika li wettaq tul is-snin fi ħdan l-istrutturi tal-Partit. 

Chris Cardona serva bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit sa mill-2016, u minn dak iż-żmien kien involut f’numru ta’ skandli u allegazzjonijiet serjissimi.

Din il-ġimgħa, il-Kap tal-PN Adrian Delia insista li riżenja mhix biżejjed u li Chris Cardona għandu jkun investigat.