Atletika Sport

Christian Coleman sospiż proviżorjament wara li falla t-tielet test tad-doping

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tad-dinja tal-100 metru Christian Coleman ġie sospiż temporanjament wara li falla t-tielet test tad-doping. L-Athletics Integrity Unit qalet li l-Amerikan ta’ 24 sena ma għamilx it-tielet attentat fid-9 ta’ Diċembru li għadda. Hu sostna li f’dik il-ġurnata kien qed jagħmel jixtri r-rigali tal-Milied u akkuża lill-aġenti ta’ kontra d-doping li għamlu apposta biex ikun falla test.

Fuq il-media soċjali, Coleman qal li qatt ma uża u qatt mhu se juża sustanzi illeċiti jew drogi. “Lest li nagħmel test kuljum għall-kumplament tal-karriera tiegħi biex nipprova l-innoċenza tiegħi.” Coleman li rebaħ l-ewwel titlu maġġuri fil-Kampjonati tad-Dinja f’Doha s-sena l-oħra, falla test f’Jannar u ieħor f’April tas-sena l-oħra. Meta atleta jfalli tliet testijiet fi 12-il xahar, jista’ jkun sospiż sa sentejn.

L-Amerikan sostna li persuna tal-AIU responsabbli mit-testijiet, kiteb indirizz ħażin. “Is-sistema trid tinbidel. Ħsibt li l-organizzazzjoni qegħda biex iżżomm l-isport nadif billi teżamina lil kulħadd u taqbad lil dawk li jqarrqu u mhux tipprova taqbad in-nies meta ma jkunux fi djarhom u ma tagħmilx attentat biex teżaminahom. L-Athletics Integrity Unit għadu ma rrispondiex għal dan il-kumment ta’ Coleman.