Lokali Parlament

Iċ-Chairman tal-MTA jattakka lill-industrija tal-events

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) Gavin Gulia attakka bil-qawwi l-industrija tal-events u akkużahom li qed jiġġieldu bejniethom minħabba li wħud minnhom jieħdu x-xogħol mingħand l-MTA u oħrajn le. Dan, skont hu, bl-iskop li jġelldu lill-Oppożizzjoni mal-Gvern.

Quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) reġa’ xehed Gavn Gulia dwar il-kontijiet finanzjarji tal-MTA.

Għall-PN fil-kumitat ipparteċipaw id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Chris Said u Kristy Debono.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li fl-2017 intefqu €2 miljuni fuq sponsorships u konvenzjonijiet waqt li fl-2018 dan il-budget kien ta’ €7.5 miljuni. Hu staqsa kif kibret daqsekk l-ispiża meta l-events ikunu diġà ippjanati minn qabel.

Gavin Gulia qal li kien hemm anki żieda mill-2016 u l-2017 għaliex il-politika tal-gvern u tal-MTA kienet li jiżdiedu l-events ta’ kwalità bl-iskop li Malta ssir destinazzjoni ta’ divertiment. Hu spjega li fil-fatt kienu żdiedu erba’ events li kienu swew madwar €3 miljuni u qal li l-proċedura hi li l-organizzaturi jingħataw il-flus għall-organizzazzjoni.

Gavin Gulia qal li l-Lost and Found sewa €230,000, ġab 4,000 persuna fejn Malta li nefqu €8 miljun waqt li s-Summer Days ġab 17,500 u nefqu €13-il miljun. Dan jirriżulta minn studju tal-ekonomista Gordon Cordina.

Dwar Lionel Gerada, Gavin Gulia qal li hu daħal fl-MTA bħala person of trust fl-2017 u sostna li meta kien chairman tal-MTA sar jaf li kien mar Lionel Gerada bħala impjegat. Hu kien daħal fl-Uffiċċju tal-Events approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara li kien fil-Ministeru tat-Turiżmu.

Gavin Gulia la li huam ħassew li hu persuna tajjeb li jista’ jiftħilhom għajnejhom dwar kif jaħdem. Hu sostna li dwar il-kondotta ta’ Gerada kien ivverifika wara. Dan ilu 13-il sena, sostna Gavin Gulia, li kompla li hu kien jagħtih t-tieni ċans. Gerada kien inħatar direttur iżda s-sejħa għall-impjieg ma kellha l-ebda rekwiżit għal-livelli edukattivi.

It-team kollu tal-events marru kollha Ibiza, sostna Gavin Gulia, li qal li l-ħlas ma sarx mill-MTA u li dawn kienu marru billi ħadu l-leave tagħhom. Hu qal li l-MTA tħallas biss għal safar marbut ta’ xogħol.

Gavin Gulia qal li hemm kwistjonijiet mill-industrija b’ilmenti fuq Lionel Gerada u sostna li issa se taqbiżlu u qed jitlef il-paċenja; dawn jgħiru għal ħaddieħor…dan kollu li għaddej hu riżultat tal-ġlied bejniethom fl-industrja għax l-MTA bdiet tinvesti fl-. Hu qal li f’ittra mill-Valletta Film intqal li ma kien se jieħu xejn mill-MTA iżda issa se jsir is-Cinema Festival li mhix attività tal-MTA u kien hemm ilment dwar finanzjament.

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-ilment ewlieni hu li x-xogħol qed jeħduh l-istess xogħol, b’Gavin Gulia jirriferi għall-kumpanija 356. Hu sostna li d-direct orders ta’ miljuni mill-MTA għanhdom kollha l-istess ħsieb li x-xogħol jeħduh dejjem l-istes snies.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li hemm akkuża li b’direct orders hemm l-istess nies wara l-istess events.

Iċ-Chairman Gavin Gulia qal li l-kumpanija 356 u l-associated companies qed tinqeda bil-PN biex issawwat lill-MTA u ħadu madwar €2 miljuni iżda l-kumpaniji G7 u NNG jieħdu iktar minn €3.5 miljun mill-MTA.

Gavin Gulia xehed li għall-MTV ingħataw €2 miljuni; l-istess ammontaw li kien jingħata fil-passat propju fl-ewwel sena li dan sar qabel l-2013; iżda wara ftit qal jrid jivverifika jekk li dan kienx €800,000.

Mistoqsi dwar il-minuti minn Chris Said li qal li €10 miljun tqassmu bla firma iżda Gavin Gulia qal li ma jfissirx li l-Kumitat tal-Events ma jkunx ħa responsabbiltà. Il-Fashion TV Awards kienet f’idejn Lionel Gerada; bla m’hemm informazzjoni dwar il-proposta li saret. Gavin Gulia qal mingħalih din il-proposta kienet rifjutata iżda Beppe Beppe Fenech Adami qal li jirriżulta li din kienet approvata u ngħatat €40,000.

Chris Said irrifera għal iktar partijiet mill-minuti fejn, fuq każ partikolari, suppost ikun hemm min għamel applikazzjoni ta’ €800,000 iżda m’hemmx isem l-applikant u kun hemm biss ‘client‘.

Iċ-Chairman tal-MTA Gavin Gulia qal li l-minuti jistgħu jinżammu aħjar u sostna li qabel l-2013 ma kienux jinżammu minuti. Beppe Fenech Adami qal li bejn l-2016 u l-2018 il-format tal-minuti inibdel tant li Gavin Gulia nnifsu mhux kapaċi jgħid jekk l-isponsors ingħataw.

Chris Said qal li jista’ jkun li hemm min għandu interess jgħid li qabel l-2013 ma kienux jinżammu minuti biex jiġġustifika l-ħniżrijiet li qed isiru llum.

Dwar il-Medasia Co Ltd, Gavin Gulia qal li d-direttur hu Darren Casha u sostna li jaf li dan ikun mal-ex Ministru Konrad Mizzi. Jirriżulta li anki tal-G7 hu viċin l-ex Ministru Konrad Mizzi. Gavin Gulia semma’ lil Owen Spiteri u qal li tal-Medasia ħadu €2 miljuni.

Chris Said qal mill-kuntratt tal-MTV, il-G7 ma jiċċentra imkien. Hu staqsa dwar il-billboards li kriet l-MTA wara l-2013 fejn qal li l-MTA kriet billboards li kien juża l-PL. Dawn intużaw ukoll għal events privati. Gavin Gulia qal li jrid jivverifika dwar dan.