Lokali Parlament

Importanza għall-ikel tradizzjonali Malti

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex l-ikel tradizzjonali Malti jkun ikkunsidrat fl-aspett tal-kultura Maltija.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-poplu għandu ma jafx biżżejjed bil-wirt storiku iżda fl-inventarju tas-Sovritendenza hemm 2,450 post ta’ valur storiku.

F’dan iż-żmien il-poplu għandu japprezza l-valur storiku, li jisnab mifrux kullimkien, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li hemm rabta intrinsika bejn it-turiżmu u l-kultura.

L-esperjenza tal-COVID-19 se ssaħħaħ is-sostenibbiltà fil-kultura u fit-turiżmu fejn fil-pajjiż se jkun hawn numru limitat ta’ turisti li jridu jingħataw esperjenza mll-aqwa. Dawn għandhom jingħataw dak li hu iktar speċjalizzat.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li m’għandux isir l-iżball li jingħad li Malta għandha żżejjed wirt storiku. Hi sostniet li hu importanti li l-ikel Malti jingħata importanza u li jerġa’ jinħoloq l-ikel tradizzjonali Malti bħala speċjalità.