Lokali Parlament

In-negozji inkwetati bis-sħiħ bir-rapport Moneyval; se tkun kriżi

  • Abigail Mamo, Direttur Ġenerali GRTU

Id-Direttur Ġenerali tal-Kamra tal-Negozji Żgħar u Medji (GRTU) qalet li n-negozji huma mħassba ħafna bir-rapport tal-Monyeval li jista’ jġib iffikultajiet kbar għall-ekonomija Maltija kemm minħabba r-reputazzjoni ta’ Malta għall-investiment barrani kif ukoll minħabba se jkollhom jiddaħħlu sistemi ġodda ta’ operat.

Meta kienet qed titkellm fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Ekonomija u l-Finanzi Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-GRTU, qalet lil-impatt tal-COVID-19 fuq in-negozji kien devastanti u negattiv ħafna fejn is-sitwazzjoni hi serja ħafna. Hi tkellmet dwar in-negozji li jiddependu mija fil-mija fuq it-turiżmu fosthom it-trasport u l-avvenimenti.

Dwar it-turiżmu domestiku Abigail Mamo qalet li dan għandu limitu sa fejn dan jista’ jwassal għal dawn is-setturi.

Il-pjan tal-gvern hu wieħed aggressiv u hemm livell sostanzjali ta’ ottimiżmu iżda l-faċilitajiet ta’ Malta naqset b’mod sostanzjali. Fil-fatt se jaslu fejn inqas mit-2.8 miljun turist f’Malta.

Abigail Mamo qalet li l-Belt marret lura ħafna għaliex tiddependi mill-cruise liners; li għadu mhux ċert jekk din l-industrija hix se tirritorna kif kienet. Is-sitwazzjoni għadha gravi ħafna fil-Belt minħabba din id-dipendenza u minkejja l-isforzi kollha li saru s-sitwazzjoni hi diffiċli.

Inizjattiva tajba kienet dik tal-vouchers li se tinċentiva s-suq domestiku wara li kien hemm ħafna tfaddil għalkemm għad hemm inċertezza kemm fil-marda kif ukoll fl-aspett ekonomiku. Il-vouchers mhux se jkunu biżżejjed, sostniet Abigail Mamo, li kompliet li l-konsum naqas anki minħabba li qabel kien hawn iktar barranin jgħixu f’Malta.

Hi semmiet setturi oħra bħall-kura u qalet li s-settur tad-dwiefer mar lura ħafna iżda l-hairdressers kellhom qawwa ta’ xogħol fil-bidu iżda issa qed jikkalmaw għax in-nies jinsabu iktar konxji kif jonfqu.

Is-settur professjonali qed ikun effettwat minn tnaqqis li esperjenzaw demwien ta’ tliet xhur biex tolqothom il-pandemija. Is-setturi tal-ikel u tal-farmaċewtika kienu tajjeb fil-pandemija iżda issa wkoll qed jaraw tnaqqis.

Dawn is-setturi qed jaraw tnaqqis ta’ 20%. L-inċertezza hi waħda kbira għaliex il-pajjiż għadda minn traġedji differenti; bil-kriżi politika ta’ tmiem 2019 minħabba r-reputazzjoni l-investiment barrani.

Din għadha tinarr iżda warajha n-negozji kienu qed jaraw bidu pożittiv biex wara ftit ġiet il-CIVID-19. L-inċertezza ġejja mill-fatt li għad mhux magħruf meta l-kriżi se tintemm. Is-settur tat-tiġijiet u tal-avvenimenti għad għandhom inċertezza; dan flimkien mal-inċertezza dwar x’se jseħħ fix-xitwa.

Abigail Mamo qalet li kriżi oħra hi dik tal-Moneyval li hi serja u li “aħna inkwetati ħafna minħabba li se jieħdu r-riedni minn idejna”. Hi sostniet li Malta se titlef il-kontroll li kellha fuq il-liġijiet u hemm rekwiżiti importanti ħafna fuq in-negozji.

Abigail Mamo sostniet li minħabba l-Moneyval jista’ jkun hemm sitwazzjoni fejn min ma jħallasx it-taxxa jista’ jmur il-ħabs; sitwazzjoni li kienet ilha snin twal li nqatgħet mill-pajjiż.

Hi qalet li l-GRTU ma tistax tħares lejn il-futur tan-negozji u ma tikkunsidrax kwistjoni problematika bħal dik tal-Moneyval. Din hi xi ħaġa li qed tinkwetana, sostniet Abigail Mamo, li kompliet li s-settur finanzjarju qed jipprepara lilu nnifsu iżda din se ġġib piżijiet finanzjarji jekk jinsabu r-riżorsi meħtieġa.

Dan it-tibdil se jkun l-iktar strinġenti fl-aħħar snin. Jekk Malta titpoġġa fil-lista l-griża Malta titlef ir-reputazzjoni tagħha; dan se jeffettwa l-investiment minn barra.

Jeħtieġ li l-istarteġija fiskali tinbidel għaliex l-ekonomija inbidlet ta’ taħt fuq. Il-GRTU qed tipproponi kampanja dwar is-suq domestiku, ikun hemm iktar inċentivi biex il-konsum ikun dirett lejn Malta, inizjattivi dwar il-banek, tnaqqis tar-rata tal-VAT.

Johann Buttigieg, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), tkellem dwar is-settur turistiku u qal li l-indikazzjonijiet huma li se jkun hemm tnaqqis drastiku fit-turiżmu lejn Malta.

Mistoqsi diversi drabi mid-deputat Nazzjonalista Mario de Marco dwar kemm huma garantiti turistiċi għas-sena li ġejja minn diversi pajjiżi, Johann Buttigieg kellu diffikultà jwieġeb u qal li żgur li mhux se jaslu t-2.8 miljun li waslu Malta s-sena li għaddiet.

Mistqosi dwr is-seat capacity għas-sajf, hu qal li l-miri huma bejn 700,000 u miljun turist sal-aħħar tas-sena. L-ewwel tliet tas-sena kienu l-aħjar b’madwar 250,000 turist u b’mira ta’ 900,000.

Dwar kemm hu s-seat capacity konfermat, Johann Buttigieg qal li dan se jkun madwar 19% tar-rotot li kien hemm għaliex hemm rotot li għadhom mhux konfermati. Hu qal li l-load factor hi ta’ 40%.

Għall-Oppożizzjoni ipparteċipaw il-kumitat id-deputat Nazzjonalisti Mario de Marco, Claudio Grech u Kristy Debono.