Lokali Parlament

Jeħtieġ li l-proġetti infrastrutturali ma jeqirdux fdalijiet arkeoloġiċi li jinstabu

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-apprezzament tal-kultura Maltija hi baxx ferm fis-soċjetà Maltija; għandu jinstab bilanċ bejn dan is-settur u l-aspett turistiku. Hi appelllat biex il-proġetti infrastrutturali ma jeqirdux fdalijiet arkeoloġiċi li jinstabu.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia rrikonoxxiet il-ħidma tal-impjegati ta’ Patrionju Malti u tas-Sovritendenza Kulturali u qalet li l-apprezzament tal-patrimonju nazzjonali hu diżappuntanti ħafna; fejn mir-rapport tas-Sovrintendenza jirriżulta li l-ikbar kawża ta’ sfreġju tal-patrimonju kulturali, dak marbut ma-kostruzzjoni.

Hi sostniet li l-pajjiż tilef ħafna patrimonju kulturali għaliex m’hawnx għarfien biżżejjed tal-valur tal-patrimonju u l-poplu ma japprezzax is-sinifikat tal-patrimonju għall-kutlura tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-kultura ma tapprezzax il-patrimonju nnifsu u qed tħares lejn il-patrimonju kulturali b’mod negattiv. Il-patrimonju hi riżorsa li mhux nifhmu x’jista’ jsir biha; nappella lill-Ministeru tal-Kultura biex jagħmel programmi u attvitajiet biex isawru l-għarfien tal-patrimonju Malti.

Dan għandu jinġarr ukoll minn kull jaħdem mal-iżviluppaturi inkluż il-periti u l-ħaddiema fil-kostruzzjoni. Jeħtieġ li dawn ikollhom għarfien sew tal-patrimonju Malti; is-sejbiet arkeoloġiċi għandhom ikunu kkunsidrati b’mod pożittiv.

Il-patrimonju nazzjonali Malti ma jistax jittieħed biċ-ċajt, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li dan għandu wkoll valur ekonomiku li għad mhux rikonoxxut. Il-mużewijiet ma jistgħux jibqgħu postijiet reqdin iżda jridu jkunu esperjenza interattvia.

Id-deputat Nazzjonalista kkritikat il-proġetti tat-toroq għaliex filli hawn Ministru tal-Kultura jipprova jeleva l-patrimonju kutlurali waqt li l-Ministru responsabbli mit-troq jgħatti kull sejba li tinstab u jibqa’ għaddej. Fix-xogħlijiet fil-Marsa, Raħal Ġdid u Sta Luħija instabu oqbra puniċi u jrid jinstab bilanċ kif il-proġett ma jifix il-mod kif is-sejbiet jitgawdew.

Fis-Central Link Project kienu indentifikati numru ta’ fdalijiet li huma assoċjati ma’ fdalijiet arkeoloġiċi. Hemm linji gwidi tal-gvern li meta jinstabu dawn il-fdalijiet dwar kif għandhom jttieħdu l-passi meħtieġa? Il-proġetti infrastrutturali għandhom jieħdu pass lura għal dak li jgħidu s-Sovrintendenza.

Therese Comodini Cachia kkritikat il-fatt li fir-rapport intqal li s-Sovrintendenza qed twettaq il-manifest elettorali Laburista. Dwar Heritage Malta hi qalet li din twaqqfet fl-2002 u kkritika til-fatt li Heritage Malta qed tispiċċa b’deficit. Xi ħaġa ħażian qed issir, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li appellat biex Heritage Malta ssir sostenibbli.

Therese Comodini Cachia staqsiet dwar il-MUZA, x’qed isir, meta se jerġa’ jiftaħ, x’esebizzjonijiet hemm, għaliex ir-rampa tal-persuni b’diżabbiltà għdha mkissra u jekk hux veru li hemm problemi strutturali. Il-MUZA ddiżappunta bil-kbir u iktar jinstema’ għar-ristorant milli għall-attivitajiet kulturali li jsiru fih. Dan mhux aċċettabbli għaliex il-poplu investa ħafna fih.

Il-Valletta Cultural Agency qed tiddeffes fejn mhux suppost; mhux aċċettabbli li din tikkomepti mas-settur privat u taħtaf l-attivitajiet kutlurali.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li fis-settur hemm tliet oqsma li l-gvern dgħajjef fosthom il-Film Commission fejn min imexxi jagħti l-lista dwar min joffri s-servizzi lil min irid hu biss. Hi semmiet il-pubblikaturi tal-kotba u qalet li dawn m’humiex jaqilgħu flus; jeħtieġ li dawn jingħataw l-għajnuna meħtieġa.