Lokali Mużika

Kanzunetta ġdida għall-band Maltija “Different Minds”

Il-band Maltija ‘Different Minds’ dil-ġimgħa ħargu kanzunetta ġdida tagħhom “Across the Borderline”, bi kliem u mużika ta’ Ray Mercieca u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar ġo Somino Studios.

Il-kanzunetta l-ġdida hi aċċessibli fuq YouTube kif tistgħu ssegwu fil-filmat t’hawn fuq jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-band Different Minds Malta.

Different Minds hija rock pop band Maltija li reġat ingħaqdet wara 20 sena mill-membri oriġinali Robert G il-kantant , Jason Mizzi il-kitarrist awkustiku u l-pjanist/keyboardist Elton Abela. Magħhom ingħaqdu wkoll Godwin Debono fuq il-bass guitar, Gabriel Azzopardi bhala kitarrist u George Agius fuq id-drums.

Il-gigs tagħhom huma magħrufa għal mużika rock popolari ta’ kull ġeneru kif ukoll għall-diski maħruġa minn Robert G matul is-snin li għaddew. Iktar kmieni din is-sena d-diska taghħkom ‘A Reason to Live’ telgħat mal-Aqwa 10 fil-Malta Airplay Chart.