Lokali Parlament

L-artisti jeħtieġ għajnuna immedjata

Karl Gouder, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella biex l-artisti jingħataw għajnuna immedjata minħabba l-effetti negattivi li kellhom bil-COVID-19.

Fil-parlaemnt Karl Goduer qal li l-poplu Malti ma tantx ta kas tal-wirt kulturali fejn diversi siti kienu delapidati iżda bid-dħul fl-UE, il-poplu beda jieħu dan il-wirt b’iktar serjetà fejn saru investimenti qawwija.

Hu semma’ l-Fortizza Ricasoli u qal li dan jinsab fi stat fejn qed jikkrolla; jekk ikun restawrat dan il-forti jista’ jagħti kontribut kbir għall-ekonomija. Dan għandu jkun prijorità ewlenija fir-restawr.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li m’għandhomx jitneħħew l-ebda monumenti jew statwi li huma assoċjati mal-passat tal-poplu Malti; kull monument għandu s-sinifikat tiegħu.

Hu appella biex isiru kampanji edukattivi għal iktar apprezzament l-iskejjel. Jeħtieġ li jkun kampanja wkoll dwar it-teatru waqt li jkun hemm għajnuna lill-industrija artistika.