Patri Raymond Gatt O.P. ippreżenta l-ktieb bl-isem ta’ “L-għajta ta’ Ommna l-Art” lis-Segretarju Ġenrali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u lill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u l-Emerġenza fil-klima David Thake.
L-għan ta’ din il-pubblikazzjoni, li ilha tiġi ppubblikata għal dawn l-aħħar 32 sena, huwa li diversi kontributuri jagħtu l-ideat tagħhom fuq temi soċjali, reliġjużi u kulturali.
P. Raymond Gatt O.P. qal li t-tema ta’ din is-sena hija dwar il-problema ekoloġika, it-tibdil tal-klima u l-ħarsien tal-ambjent… fejn kulħadd għandu jħalli pajjiż aqwa milli sabu.
Is-Segretaju Ġenerali tal-PN Francis Zammit Dimech saħaq li dan il-ktieb jirrifletti l-kuntest tal-valuri fl-istatut il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista fejn il-ħajja politika hi marbuta mal-ġid komuni. Zammit Dimech qal li l-personaliżmu għandu jkun iċ-ċavetta għall-ġid komuni. Finalment is-Segretarju Ġenerali rringrazzja lid-Dumnikani għall-ġid kbir li jagħmlu f’pajjiżna.
Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista David Thake insista fuq l-importanza li nnaqsu l-impatt negattiv tal-bniedem fuq id-dinja, Dan għaliex l-azzjonijiet ta’ kull wieħed u waħda minna qed iħallu efffett fuq l-impatt globali.
//= $special ?>