L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, id-WHO qalet li se toħroġ linji gwida ġodda wara li nstabet mediċina li se tgħin fil-ġlieda kontra l-imxija tal-Coronavirus.
Din il-mediċina qed tiġi deskritta bħala l-dik li se tgħin biex jittaffew l-imwiet b’rabta ma’ din il-pandemija.
Riċerkaturi fir-Renju Unit qalu li kieku din il-mediċina bdiet tintuża minn qabel, kieku kienet issalva mal-5,000 persuna.
Intant fl-Indja n-numru ta’ mwiet kompla tiela dan hekk kif ilbieraħ kien hemm kważi 2,000 fatalità. It-total ta’ mwiet fl-Indja huwa ta’ kważi 12,000 persuna.
Il-pajjiż sa issa kellu mat-340,000 infezzjoni, bl-Indja issa jsir ir-4 pajjiż fid-dinja li għandu l-aktar każi.
//= $special ?>