Lokali

“Riforma li tirrifletti dak li għandu bżonn il-poplu kollu” – Francis Zammit Dimech

“Il-Partit Nazzonalista hu marbut ma dak li għandu bżonn il-poplu kollu.”

Kienet din l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech meta kien intervistat fil-programm Dissett fuq TVM.

Waqt dan il-programm, ġew diskussi diversi temi relatati max-xena politka f’pajjiżna kif ukoll temi marbuta direttament mal-Partit Nazzjonalista fosthom ir-riforma li qed issir bħalissa u l-clsters, jew gruppi li ġew iffurmati fl-aħħar jiem fi ħdan il-partit.

Francis Zammit Dimech saħaq li dawn ir-riformi huma “ta’ dak li għandu bżonn il-partit – dak li għandu bżonn il-poplu”, partit li jkun viċin tan-nies u l-bżonnijiet tagħhom. Hu fakkar kif l-istatut il-ġdid li tħejja minn Dr Louis Galea bis-sehem tal-fergħat kollha tal-PN u anke l-pubbliku inġenerali, inbena mill-għeruq ‘il fuq.

Dwar din ir-riforma, Francis Zammit Dimech kien mistqosi fuq diversi punti fosthom il-fatt li l-kariga ta’ Viċi Kap għall-affarijiet tal-Partit se tispiċċa. Hu fakkar li dan jidħol fis-seħħ wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss hekk kif l-istruttura li hemm bħalissa qed isservi lil partit b’mod tajjeb. Hu tkellem fuq id-differenzi li se jkollu l-irwol ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN li ser ikollha tfassil ta’ linja politika fuq firza aktar wiegħsa.

Fost l-emendi li se jidħlu fis-seħħ, Francis Zammit Dimech semma’ dik li tħares li ma jkunx hemm kunflitti ta’ interess bejn membri tal-partit u l-professjoni tagħhom. Hu tkellem ukoll dwar id-diskussjoni matura li saret fir-rigward tal-isem tal-partit fejn finalment ġie deċiż li jibqa’ kif inhu fuq deċiżjoni unanima. Is-Segretarju Ġenerali semma’ wkoll il-Kummissjoni għall-Kandidati li se toħloq opportunitajiet ta’ tiġdid fejn diġa kien hemm interess qawwi minn diversi membri li resqu ‘l quddiem biex jiġu kkunsiddrati – żgħażagħ u nies minn kull qasam tas-soċjetà b’enerġija. Din il-kummisjoni se tibda tiltaqa;’ ġranet li ġejjin.

Francis Zammit Dimech tkellem ukoll dwar l-14-il cluster jew gruppi li ħoloq il-PN fejn stqarr li l-persuni l-ġodda msemmija kienu 7 nisa u 7 irġiel biex b’hekk daħlu 14-il persuna ġdida f’14-il cluster. Hu stqar li fil-ġimigħat li ġejjin, aktar persuni ser ikomplu jiffurmaw parti minn dawn il-gruppi li se jkomplu jikbru u jiġrbu fihom il-kandidati tal-PN.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN fejn stqarr li b’ħidma viċin it-tesserati u l-attivisti tal-PN, il-partit qiegħed f;sitwazzjoni aktar stabbli fejn tnaqqsu l-ispejjez u żdied id-dħul. Dan filwaqt li fl-aħħar ġimgħat żdied l-interess fiċ-ċedoli li joffri l-partit.

Finalment, is-Segretarju Penerali tal-PN kien mistoqsi fuq is-sitwazzjoni preżenti fl-għażla tal-kummissarju l-ġdid tal-pulizija fejn fakkar li l-oppożizzjoni xtaqet li dan isir bl-għażla taż-żewġ terzi tal-Parlament fejn ikun hemm qbil biex tkeċċijiet bħal ma kellhom isiru fl-aħħar jiem bħal fil-konfront tal-eks kummissaru Lawrence Cutajar ma jerġgħux isiru. Madanakollu sal-lum, il-Prim Ministru għadu jrid jagħżel il-kummissarju hu u jżommu fuq probation ta’ sena u għalhekk stqarr li l-oppożizzjoni mhux se tkun parti min dan it-‘taparsi’ proċess.